One News – Page 2658 – One News

One News

Notifiki

Min huma Hillary Clinton u Donald Trump?

Hillary Clinton twieldet fid-29 ta’ Ottubru 1947 ġewwa Chicago fil-lokalità ta’ Park Ridge Illinois. Għandha 69 sena.Miżżewġa lil Bill Clinton,l-eks president Amerikan.Qed tikkontesta għall-kariga tal-President tal-Istati Uniti f’isem id-demokratiċi.

Aqra aktar

Tittajjar mara f’Raħal Ġdid

Illum, ftit qabel is-sitta ta’ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, Paola.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 84 sena, residenti Ħal Tarxien stess, kienet sfat milquta minn vettura tat-tip Daihatsu Terios li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena li wkoll toqgħod Ħal Tarxien.

Aqra aktar

€324,000 f’għajnuna lil 42 organizzazzjoni

B’finanzjament mill-Fond għas-Soċjetà Ċivili li huwa amministrat mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, 42 organizzazzjoni fi ħdan is-soċjetà ċivili bbenefikaw minn total ta’ €324,324.60 f’għajnuna sabiex jibqgħu attivi fuq livell Ewropew.

 F’ċerimonja li ttellgħet fiċ-Ċentru tal-Volontarjat fil-Belt Valletta, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qassmet għotjiet finanzjarji lir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet.

 Dr Dalli qalet li l-gvern jirrikonoxxi l-importanza li għandhom dawn l-organizzazzjonijiet fi ħdan is-soċjetà ċivili f’pajjiżna.
Aqra aktar

Ġlieda bejn tfajliet fl-MCAST issir suġġett ta’ diskussjoni fil-Parlament

Il-każ ta’ ġlieda bejn tfajliet studenti fl-MCAST li xxandret f’filmat fil-media soċjali tqajmet fil-parlament illejla.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal lill-membru parlamentari nazzjonalista George Pullicino li l-awtoritajiet tal-MCAST ħadu azzjoni mill-ewwel sabiex jidentifikaw l-istudenti u jittieħdu passi dixxiplinarji mill-ewwel.

Aqra aktar

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jinbidel

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se tiġi aġġornata biex jiġu rikonoxxuti u inklużi entitajiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Meta introduċa t-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ilsien Malti, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li issa l-Kunsill se jkun magħmul minn 13-il membru.

Il-president, maħtur mill-Prim Ministru, se jkun magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-istudju tal-Malti u li jiġu rakkomandati flimkien jew separatament mill-Akkademja tal-Malti u mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

Aqra aktar

120 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja jinsabu Malta għal għan speċifiku…

Pajjiżna qed jospita il-ħdax-il edizzjoni tal-International Youth Fair.

Din qed tkun organizzata f’pajjiżna minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ EUPA permezz ta’ fondi ta’ Erasmus+.  Din l-attività bit-titlu #readyfortheroad qed tlaqqa’ flimkien 120 youth worker minn 36 pajjiż fl-Ewropa u l-Mediterran.

L-attività għandha l-għan li tikreja għodod għas-solidarjetà u l-inklużjoni sabiex il-youth workers jkollhom għodod innovattivi sabiex jużawhom maż-żgħażagħ. Tool Fair XI – #Readyfortheroad għandha tipprovdi ambjent stimulanti u proattiv li fih il-parteċipanti jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jinteraġixxu u jiddiskutu, u jaqsmu għodod u l-prattiki tax-xogħol.

Aqra aktar

Qalet li stupraha imma l-Maġistrat temmen li hi riedet is-sess!

Student li kien qed jistudja l-Ingliż hawn Malta kien meħlus mill-akkuża li stupra studenta oħra, minħabba nuqqas ta ‘provi.

Il-każ allegatament ġara f’Awissu. L-istudent, Yannick Jonathan Chatelle, ċittadin Franċiż ta’ 32-il sena, kien akkużat li stupra mara Spanjola waqt li hi kienet fis-sakra.

Iż-żewġ studenti għexu fl-istess blokk ta’ appartamenti u kienu barra jixorbu fil-post fejn kien qed joqgħod ħabib ieħor, kif ukoll f’parkeġġ. Iż-żewġ studenti żifnu flimkien, iżda l-mara, Isabele Pantoja Ludena, ma setatx tiftakar kif sabet ruħha fl-appartament tagħha, liebsa l-ħwejjeġ iżda mingħajr ħwejjeġ ta ‘taħt.

L-akkużat qal li l-mara kienet talbitu jakkumpanjaha fl-appartament tagħha tagħha. Huwa għamel hekk, u infatti filmati CCTV juruh miexi waħdu lejn  l-appartament tagħha. Madankollu hija tilfet iċ-ċwievet u għalhekk qagħdu fl-appartament tiegħu sakemm waslu ħbieb tagħha.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni trid treġġa’ l-arloġġ lura għas-sitwazzjoni tas-saħħa li ħalliet warajha

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-Oppożizzjoni ma tiflaħx tara riżultati pożittivi jseħħu fil-qasam tas-saħħa u se tibqa’ tirrepeti stejjer ivvintati dwar l-investiment privat ta’ €200 miljun li se jara trasformazzjoni pożittiva għall-ġid tal-pazjenti Għawdxin u Maltin. 

F’dan il-proġett, il-Gvern ingħaqad mal-aqwa ismijiet fil-qasam tal-mediċina fosthom Partners Healthcare International li jmexxu t-teaching hospitals tal-Univeristà ta’ Harvard u li għandhom istituzzjonijiet mediċi f’40 pajjiż.

Aqra aktar

Raġel jaqa’ tliet sulari

Il-pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fil-lokal taż-Żurrieq wara li raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa fi Triq San Pietru, u r-raġel waqa’ minn fuq bejt, fejn kien qed jagħmel xogħol ta’ tibjid.Aqra aktar

Send this to a friend