One News – Page 2657 – One News

One News

Jinħarqu b’ħadida biex iwasslu messaġġ

Numru ta’ persuni li huma vegans, jiġifieri ma jieklu l-ebda ikel li mhux organiku u l-ebda ikel li ġej mill-annimali, għamlu protesta li matula ħallew numru ta’ protestanti jpoġġu ħadid jaħraq fuqhom bl-għan li ma tibqax topera l-industrija tal-laħam fi Franza.
Aqra aktar

Investiment li se jtejjeb l-aċċess għall-internet f’ 36 skola

Microsoft Malta, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, llum ħabbru proġett ġdid li kien jinvolvi l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ Wi-Fi f’36 skola madwar Malta u Għawdex. Għall-bidu, dan l-investiment kien se jkopri l-iskejjel pubbliċi iżda saru arranġamenti biex dan l-investiment seta’ jkun estiż ukoll fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.
Aqra aktar

Ir-rata ta’ impjiegi fi tliet snin aktar minn dik f’ tlettax-il sena

 

  • L-ogħla rata ta’ mpjiegi fl-istorja
  • Rata ta’ impjiegi żdiedet b’aktar milli żdiedet fit-tlettax-il sena ta’ qabel flimkien
  • Żieda fin-numru ta’ nisa li sabu impjieg
  • 10% aktar ta’ persuni li għandhom aktar minn 55 sena sabu impjieg
  • Żieda fil-pagi

Il-Labour Force Survey ippublikata din il-ġimgħa tikkonferma li pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ impjiegi fl-istorja. Fit-tieni kwart tal-2016, ir-rata ta’ impjiegi f’Malta laħqet il-65.7%. Fl-istess żmien matul l-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti r-rata kienet 58.7%.
Aqra aktar

“Emendi li ilna nistennew u li huma importanti ħafna”

Aqra aktar

Bla droga u bl-arti f’ħajtu

Dawn il-pitturi huma ta’ ‘George’ li għandu 43 sena. Raġel miżżewweġ b’żewġt’itfal, wieħed ta’ tliet snin u ieħor ta’ erba’ xhur.

George huwa isem fittizju, pero l-istorja tiegħu reali ħafna. screen-shot-2016-09-30-at-07-09-42Illum-il ġurnata għandu impjieg full time. Iżda ġej minn familja bi storja ta’ dipendenza fuq ix-xorb – ħaġa li tgħallem jobgħod, u għalhekk dar fuq il-kannabis meta kellu 22 sena. Dan għamlu sabiex ikun jista’ jirrilassa u jneħħi xi ftit mit-tensjoni li kien imdawwar biha.

Meta kellu 27 sena, issepara minn ma’ martu, u ħabib tiegħu introudċih mal-eroina, sabiex itaffi ftit minn dak l-uġiħ ukoll. Dan tnax-il sena u nefaq ħafna flus juża din id-droga fuq bażi regolari.

Meta kellu kważi 35 sena, introduċewh mall-Fondazzjoni OASI, fejn ħajtu daret dawra għall-aħjar. Permezz tal-programm residenzjali u t-terapija, irenxxilu jżomm ‘l bogħod minn sustanzi ħżiena. Issa ilu tmien snin.

Jgħidilna li kull meta jaqta’ l-cake ta’ għeluq sninu, jiftakar b’mod ċar il-memorji tal-ewwel ‘birthday’ li qatta’ mingħajr dipendenzi.

Il-gratitudni jesprimiha permezz tax-xogħol artistiku tiegħu. Għal dawn l-aħħar 25 sena, il-Fondazzjoni OASI fir-Rabat Għawdex, kienet protagonista ta’  ħafna stejjer smili. Stejjer ta’ tama għal ġejjieni aħjar, ‘l bogħod mid-dipendenzi.

screen-shot-2016-09-30-at-07-09-33

screen-shot-2016-09-30-at-07-09-49

85% tal-fkieren faqqsu b’suċċess

Fi stqarrija tard il-Ħamis filgħaxija, l-Awtorita’ tal-Ambjent  u r-Riżorsa, qalet li  wara l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, għamlet spezzjonijiet fil-bejta tal-fekruna f’Għajn Tuffieħa biex tiddetermina jekk kienx hemm xi fkieren li faqqsu u li kellhom bżonn xi għajnuna biex joħorġu mir-ramel imxarrab.

L-ERA innutat li fil-maġġoranza tagħhom, madwar 85%, faqqsu u kien għad fadal biss ftit bajd fil-bejta. Il-kumplament mietu fil-proċess u allura ma kienx hemm il-possibilita’ li dawn ifaqqsu.

Send this to a friend