One News – Page 2656 – One News

One News

Ħabs u multa talli daħħal il-kannabis hawn Malta bil katamaran

 

Żagħżugħ ta’ dsatax–il sena mill-Gambja ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs u ġie mmultat €500.

Dan wara li daħħal f’pajjiżna 200 gramma droga kannabis li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Huwa kien arrestat is-Sibt meta wasal Malta minn Sqallija bil-katamaran.

Ordnat jitlaq mid-dar u ma jkellimx lil martu

Żagħżugħ ta’ 25 sena min-Naxxar tpoġġa taħt probation għal sentejn wara li ammetta li hedded lil martu b’senter waqt argument.

Il-każ seħħ nhar il-Ħadd, inqas minn jumejn wara l-qtil brutali ta’ Caroline Magri, l-omm ta’ wieħed u erbgħin sena minn San Ġiljan.

L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, mixli li hedded lil martu b’arma, li attakkaha u li kkawżalha ġrieħi ħfief – akkużi li ż-żagħżugħ ammetta.

Aqra aktar

Il-PM sod fil-pożizzjoni tiegħu – intervistat minn Politico f’Kastilja

Ir-Renju Unit għandu ftit ċans li tgħaddi tiegħu fin-negozjati dwar Brexit. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien kwotat jgħid dan  mill-ġurnal Politico.

Kliem Joseph Muscat jingħata ħafna importanza hekk kif pajjiżna se jkollu l-presidenza tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tal-2017, meta l-Prim Ministru Theresa May bi ħsiebha tmexxi l-implimentazzjoni ta’ Artiklu 50, li jara s-separazzjoni tar-Renju Unit.

“L-Ingliżi għandhom jistennew il-format li jkunu simili dak li ġara fil-każ tal-Greċja” qal Muscat f’intervista ma’ Politico f’Kastilja, b’referenza għal dak li ġara fin-negozjati marbuta ma’ bailout Grieg fl-2015.

Muscat saħaq li anke l-aktar pajjiżi pro-Renju Unit; l-Olanda, l-Estonia u l-Irlanda, jemmnu li ma tistax toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr riperkussjonijiet. Politico osserva li l-implikazzjoni li s-27 mexxej Ewropew mhux se jħalli Brexit jgħaddi bħal żiffa huwa inidikazzjoni ta’ dawk li jidhru li se jkunu negozjati twal ħafna.

Aqra aktar

Biex l-anzjani jaraw l-opri f’Għawdex

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret it-tielet edizzjoni tal-iskema li permezz tagħha anzjani jistgħu japplikaw biex jakkwistaw biljetti għall-opri f’Għawdex.

Din l-iskema qed issir permezz ta’ ftehim li ntlaħaq bejn it-Teatru Astra u t-Teatru Aurora mas-Segretarjat Parlamentari.

Waqt it-tnedija tal-iskema, Caruana spjegat kif l-opri li jittellgħu f’Għawdex jimmeritaw kull apprezzament u għajnuna biex ikomplu jissaħħu u jsaħħu l-kalendarju kulturali mhux biss f’Għawdex, imma wkoll fuq livell nazzjonali u saħansitra internazzjonali. “Kien għalhekk li permezz ta’ din l-iskema, filwaqt li qed insostnu l-opra f’Għawdex, qed nagħmlu dan fil-kuntest tal-Istrateġija Nazzjaonali għall-Anzjanità Attiva, għax hija skema immirata għall-anzjani li jikkwalifkaw skont kriterji stabbiliti biex, anki fl-oqsma tal-kultura, nippromwovu l-anzjanità attiva f’pajjiżna, qalet Dr Caruana.

Aqra aktar

Il-Papa bi kliem iebes dwar it-transgender

Il-Papa Franġisku uża kliem iebes kontra dawk li skont hu qed jgħallmu lit-tfal biex ikunu trans-gender. Huwa kien qed jindirizza lil ġurnalisti fuq l-ajruplan wara tmiem ta’ żjara li għamel f’Ażerbaijan.

Il-Papa qal li t-teorija tal-ġeneru tista’ tintuża kontra l-għeruq tal-familja. Huwa spjega kif dak mgħallem f’ċertu skejjel jista’ saħansitra jħawwad lit-tfal.

Il-Papa, meqjus bħala bniedem li tul il-pontifikat tiegħu qed ikun tolleranti lejn il-komunità LGBT spjega wkoll li Kristu mhux se jdawwar wiċċu għal persuni li huma omosesswali.

L-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat dwar il-vjolenza domestika

Saret l-ewwel minn sensiela ta’ lagħat ma’ organizazzjonijiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza domestika, minn mindu twaqqfet il-Kummisjoni dwar il-Vjolenza Domestika.

Il-Ministru Helena Dalli saħqet li xelter mhux soluzzjoni għall-vittmi ta’ vjolenza, għax meta taqla’ familja mill-ambjent tagħha biex tipproteġiha mill-vjolenza, toħloq problemi oħra ta’ dipendenza. Sostniet li fix-xelters għandhom imorru dawk li jkunu vjolenti, fejn jgħaddu minn programm ta’ taħrig u terapija.

Filfatt f’abbozz ta’ liġi prezentata għall-konsultazzjoni, hemm enfasizzat li l persuna li tikkawża l-vjolenza għandha bżonn il-kura hi – u għalhekk għandha titneħħa mid-dar.

Aqra aktar

TradeMalta tinvesti miljun ewro fl-għarfien

TradeMalta, il-ftehim bejn il-pubbliku u l-privat iffurmata bejn il-Gvern u l-Kamra Maltija għall-Kummerċ, ingħatat fondi Ewropej biex tiżviluppa pjattaforma tal-għarfien għal negozja żgħar u medji.

Negozji Żgħar u Medji jistgħu jużaw din il-pjattaforma meta jkunu qed jippjanaw l-esportazzjoni u l-aspett internazzjonali tan-negozju tagħhom. Fost oħrajn se jsir studju dwar setturi u swieq differenti, dak li hemm disponibbli bħala eLearning, u l-għodda differenti li hemm biex tkun tista’ tgħin kumpanija tippjana.

Fl-24 xahar li ġejjin, TradeMalta se jkun qed jinvesti fl-ICT, aspetti awdjo-viżivi, riċerka u materjal ieħor li se jkun parti minn din il-pjattaforma. Permezz ta’ dan l-investiment, negozji żgħar u medji Maltin ikunu aktar fuq l-istess livell ta’ negozji bħalhom Ewropej, f’dak li huwa għarfien.

Tibda l-avventura l-ġdida ta’ HazZzard

Min qatt kellu jgħid li logħba bejn grupp ta’ħbieb ser tiżvolġi f’dak li llum huwa l-programm HazZzard?

Fil-programm tal-ġimgħa preċedenti, it-tmien parteċipanti avventurużi, iltaqġħu għall-ewwel darba biex jingħaqdu għall-logħba tat-tfittxija tat-teżor. Il-parteċipanti m’għandhomx l-iċken ideja x’ser jiġri minn issa ‘l quddiem.

Il-mistoqsija toħroġ waħedha: min jaf hux ser jaqblu bejniethom?

Aqra aktar

Pariri fuq il-kelb u parkeġġ dejjaq…inkontru bejn ċittadin u Pulizija

Ittra li rċieva l-Ministru Carmelo Abela hija wasslet għal laqgħa bejnu u membru fil-korp tal-Pulizija.

PS1182 Chris Formosa huwa stazzjonat mat-Taqsima tal-Klieb tal-Korp. Wettaq ġest sempliċi ma’ ċittadin, li f’turija ta’ gratitudni bagħat ittra li fiha ddiskriva dak li għamel il-Pulizija miegħu. Kieku mhux għal din l-ittra l-ġest kien jibqa’ għaddej, bħalma jkun hemm stejjer oħrajn minn Pulizija minn kull taqsima li jmorru oltre mill-qadi ta’ dmirijiethom u li jibqgħu fis-silenzju.

Ċertu Paul Zammit kiteb li meta kien fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali,  weħel bil-karozza bejn żewġ karozzi oħra ipparkjati. Bl-ikbar paċenzja, il-Pulizija għenu joħroġ. Meta ċ-ċittadin skopra li l-Pulizija ġej mis-sessjoni tal-klieb, saqsieh xi pariri dwar kelb bi problemi fl-imġieba, u l-Pulizija rriżulta sors tajjeb ħafna għall-pariri.

Il-Minsitru ltaqa’ mas-Surġent Formosa, li qal li jirrapreżenta l-ħafna pulizija li jagħmlu xogħol bil-qalb u mhux dejjem ikun apprezzat.

Is-Surġent Formosa wera x-xewqa li jerġa jiltaqa’ ma’ Paul Zammit u l-kelb tiegħu, iżda sfortunatament dan ma provdiex kuntatti tiegħu.

Aqra aktar

Midrub u evakwat lejn Malta

Baħri mill-Filippini kellu jkun evakwat minn vapur privat kmieni dalgħodu, wara li sofra xi ġrieħi meta kien abbord. Sabiex jassistu lill-baħri, l-Forzi Armati ta’ Malta ħarġu d-dgħajsa Melita SAR.

Huwa ttieħed il-bażi tal-Forzi Armati f’Hay Wharf, u wara l-isptar b’ambulanza.

 

Send this to a friend