One News – Page 2655 – One News

One News

“Ħarġitu” mill-ħabs

Il-vittma tal-qtil f’San Ġiljan nhar il-gimgħa aġixxiet biex dak li hu suspettat bil-qtil tagħha seta joħroġ mill-ħabs waqt li qed jinstemgħu każi fil-konfront tiegħu.
Aqra aktar

Tal-Malti dispjaċuti li ‘Zuckerberg’ ma kkonsultahomx

Il-Professur Ray Fabri, lingwista u President tal-Kunsill tal-Malti, qal li jħossu dispjaċut li l-Kunsill tal-Malti ma kienx ikkonsultat meta Facebook ġie biex fassal il-verżjoni tiegħu bil-Malti. Kien fl-aħħar jiem li l-moħħ wara Facebook, Mark Zuckerberg, ħabbar li l-Facebook kien se jkun b’iktar lingwi, fosthom bil-Malti.

Fil-programm Pjazza, il-Professur Fabri żied li din mhux l-ewwel darba li ġrat u kien hemm drabi fejn ir-riżultati kienu diżatrużi. “Ma konniex nafu biha qabel. Sirt naf biha mill-gazzetti.

Aqra aktar

Traffic lights iżidu mal-problema tat-traffiku…tittieħed azzjoni

Diversi kienu l-ilmenti li t-traffiku dalgħodu kien qawwi.

Bħalissa għaddej proġett ta’ sistema tal-immaniġjar tat-traffiku intelliġenti. Pajjiżna se jkollu network ta’ sinjali elettroniċi li juru messaġġ jew li jindikaw l-użu tal-lane u network ta’ cameras. B’hekk it-traffiku jkun sorveljat f’ħin reali u l-informazzjoni tgħaddi lix-xufiera dak il-ħin stess. Tibdil ieħor huwa fejn jidħlu t-traffic lights. Għaddejja ħidma biex dawn jinbidlu b’mod li eventwalment jaqilbu kulur skont kif mixtieq minn ċentru tal-kontroll.

Aqra aktar

Nirien f’barriera

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu barriera fi Triq tal-Ibraġġ, limiti tas-Siġġiewi.

Ninsabu informati li ħadu n-nar xi dgħajjes li kien hemm fil-barriera. Fuq il-post marru l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jikkumattu nirien li bdew għall-ħabta tas-19:30.

Aqra aktar

Dak li jridu l-Front Favur il-Mina

Front Favur il-Mina ressqu numru ta’ proposti qabel il-baġit. Fil-qosor, dawn jinkludu:

L-introduzzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-lanċa  

Jipproponu l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ servizz bil-vapuri għall-merkanzija bejn Għawdex u ċ-ċentru ta’ Malta. Dan iħaffef it-traffiku f’Malta, hekk kif trejlers u trakkijiet tal-merkanzija jevitaw ħafna mit-toroq fit-Tramuntana u ċ-Ċentru ta’ Malta.

Aqra aktar

Il-Gvern jinnota ż-żieda ta’ aktar minn 22,000 impjieg full-time

Sa April in-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal 177,751. Dan ifisser li, mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, kien hemm żieda ta’ 22,339 impjieg full-time, dan meta matul ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, it-tkabbir kien ta’ 11,250 impjieg full-time.

Fi stqarrija l-Gvern qal li dan ifisser li, fi ftit aktar minn tliet snin, l-impjiegi żdiedu b’darbtejn dak li kienu żdiedu f’ħames snin sħaħ.

Fl-ewwel tliet snin ta’ din l-amministrazzjoni, kuljum żdiedu 19-il impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Aqra aktar

Wara r-riżenja ta’ Leo Brincat, issir elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fid-disa’ distrett

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fid-disa’ distrett elettorali wara r-riżenja ta’ Leo Brincat.

Dan l-avviż qed ikun ippubblikat fil-Gazetta tal- Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fid-disa’ distrett elettorali.

Aqra aktar

Isir fl-Irlanda dak li l-FZL qiegħed jipproponi għal Malta

Minflok għomor ma jistgħux jagħtu demm, issa rġiel gay fl-Irlanda se jistennew 12-il xahar minn meta jkunu  attivi sesswalment.

F’Ġunju ta’ din is-sena, il-Ministru għas-Saħħa Irlandiż Simon Harris ħabbar li kien se jieħu azzjoni fuq rakkomandazzjonijiet biex irġiel gay ikunu jistgħu jagħtu d-demm. Ħaġa li jistgħu jagħmlu minn Jannar 2017.

Filwaqt li għad hemm min qiegħed jinsisti li anke din l-istennija ta’ sena hija diskriminatorja, l-awtoritajiet jinisistu li hemm ferm inqas riskju għas-saħħa jekk ikun hemm 12-il xahar stennija. Iċ-ċaħda lill-irġiel gay li jagħtu d-demm kienet introdotta fl-1981, b’reazzjoni għaż-żieda fil-marda tal-Aids. Din iċ-ċaħda tneħħiet fil-kumplament tar-Renju Unit fl-2011, iżda baqgħat fis-seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq.

Aqra aktar

Akkużata b’serq ta’ ġojjelli b’valur ta’ €10,000

Mary Aquilina, fattiga ta’ 41 sena minn Ħal Qormi, ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li tresqet il-Qorti mixlija b’serq.

Il-mara ġiet akkużata li bejn Lulju u Awwissu li għadda, serqet ġojjellerija b’valur ta’  €10,000 mingħand il-familja li timpjegaha biex tnadfilhom.

Aqra aktar

Send this to a friend