One News – Page 2653 – One News

One News

Testijiet b’rabta mal-pipeline tal-gass

Hekk kif fil-jiem li ġejjin għandu jasal it-tanker tal-gass f’pajjiżna, bdew l-ewwel testijiet fuq l-art minn fejn se jkun għaddej il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.

Proġett li se jagħmel lil dak tat-tanker wieħed temporanju.

Aqra aktar

Busuttil jinkixef u jaħrab

Id-dokument ta’ qabel il-budget tal-partit nazzjonalista qajjem tħassib serju fost l-imsieħba soċjali hekk kif qed jissuġġerixxi li jingħataw sensji lill-ħaddiema fis-settur pubbliku u li jipprivatizza xi azjendi f’dan il-qasam.

Waqt li kien qiegħed iżur l-attività ta’ Freshers’ Week Fl-Universita’ ta’ Malta, staqsejna Simon Busuttil għal iżjed dettalji dwar dawn il-proposti.

Aqra aktar

Tinstab mara mejta r-Rabat

Instabet mara mejta r-Rabat, Malta, fi Triq San Ġwann l-Għammied.

Kollox jindika li l-mara, ta’ 64 sena, mietet ħabta u sabta. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jiżgassaw il-bieb biex sabuha, wara li waħda mill-ġirien ċemplet lill-Pulizija.

Awtospja se tiżvela biex mietet il-mara, li aktarx ilha ġimgħa jew aktar li ġiet nieqsa. Fost dawk miġubra fuq il-post, hemm ħuha.

Aqra aktar

Laqgħa ma’ banek lokali dwar il-Bank Nazzjonali għall-Iżvilupp

Id-deputat Prim Ministru ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-banek f’Malta u spjegalhom kif se jkun qed jaħdem il-Bank Nazzjonali għall-Iżvillupp. Bank li se jkun indipendenti u li se jkun qed jikkonċentra fuq żewġ prijoritajiet; li jagħti spinta lill-intrapriżi u li jintuża għall-proġetti tal-infrastruttura.

Il-bank għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, kif fakkar id-Deputat Prim Ministru, u se jibda bi €30 miljun f’kapital inizjali u jibqa’ tiela għal €200 milljun.

Quddiem rapreżentanti tal-banek, Grech spjega li t-twaqqif tal-bank se jagħmel tajjeb għad-diffikultajiet li banek Maltin stess kienu jiltaqgħu magħhom, fost oħrajn meta quddiemhom ikollhom proġetti kbar li diffiċli jkunu ffinanzjati.

Pulse jaħdmu biex studenti li għandhom bżonn l-għajnuna, aktar isibuha

Wara xhur ta’ tħejjija u ta’ konsultazzjoni, l-għaqda studenteska Pulse nediet “The Student Fund” – proġett li joffri tama u għajnuna lil studenti fl-Università u Sixth Form li qed isofru minħabba inġustizzji soċjali.

Pulse tixtieq li tisfrutta l-potenzjal u l-enerġija żagħżugħa tal-membri tagħha sabiex tagħmel differenza siniffikanti fil-ħajja ta’ dawk li huma anqas ixxurtjati u finanzjarjament ristretti.

pulse-1Jemmnu li s-sistema nnifisha għandha tinkoraġġixxi li wieħed ifittex u jsib l-għajnna meta jkun fil-bżonn.  Il-President Wayne Sammut qal li dan se jkun proġett kontinwu u mhux ħaġa ta’ darba, biex verament ikun hemm għajnuna lil dawn il-każijiet li mhux dejjem joħorġu fil-beraħ.

Ma’ one.com.mt Sammut stqarr li ‘l quddiem se jkunu qed juru iżjed biċ-ċar kif se jibdew jinġabru flus għall-studenti li għandhom bżonn iżjed għajnuna biex jirnexxu f’ħajjithom.

Żied jgħid “nemmnu li kulħadd ħaqqu l-aqwa edukazzjoni possibbli u għalkemm ċerti li diġa’ qed isir hafna xogħol favur l-istudenti, sfortunatament hemm min l-istipendju u s-supplementary grant xorta waħda mhux biżżejjed għalih. U dawk huma n-nies li ser inkunu qed ngħinu, permezz ta’ board mill-MCCF u  l-flus li se jinġabru minn avvenimenti ta’ ġbir ta’ flus, fost oħrajn”.

L-MCCF infatti se jkollha board professjonali b’social workers u bħal ma jiġu mqassma l-fondi li jinġabru fl-Istrina, se jiżguraw li jekk student għandu kawża ġusta u ma jistax jixtri affarijiet li jgħinuh fl-edukazzjoni, jingħata l-għajnuna.

Aqra aktar

Tifla ta’ ħames snin fil-periklu tal-mewt

Tifla ta’ ħames snin mill-Imsida tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Madliena li seħħ fit-15:15.

L-inċident seħħ fi Triq il-Madliena bejn Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mis-Sannat u Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 36 sena mill-Imsida.

Fit-Toyota kien hemm ukoll it-tifla ta’ ħames snin, li tiġi bint is-sewwieqa, u mara oħra ta’ 65 sena minn Ta’ Xbiex. Il-persuni kollha li kienu fit-Toyota ttieħdu l-Isptar Mater Dei.

It-tifla ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li n-nisa ma sofrew l-ebda ġrieħi. Is-sewwieq tas-Citroen ukoll ma sofra l-ebda ġrieħi.

INFAQA’ JIBKI FL-AWLA – l-akkużat bil-qtil ta’ Caroline Magri

Il-Pulizija ressqet il-Qorti l-akkużat bil-qtil ta’ Caroline Magri, nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Wara li fl-aħħar jiem l-akkużat kien taħt kura psikjatrika, kien rilaxxat fl-aħħar sigħat biex il-Pulizija setgħet tkompli bl-investigazzjoni tagħha.

L-akkużat huwa s-sieħeb tagħha, li nfexx jibki fl-awla u qiegħed jikkomunika permezz ta’ traduttur, peress li jitkellem biss Franċiż.

L-Ispettur Keith Arnaud preżenta taħt arrest lil Djibril Ganiou, ta’ 33 sena, imwieled l-Badou, Togo u li jgħix Tas-Sliema. Huwa kiseb permess biex jgħix l-Italja.

Jinsab akkużat li nhar it-30 ta’ Settembru f’Ta’ Giorni intenzjonalment qatel lil Caroline Magri.  Akkużat li kellu armat b’arma tan-nar u sikkina jew arma li taqta’.

L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma kkontestax għall-ħelsien mill-arrest. Għaldaqstant huwa se jiba’ fil-kustodja tal-Pulizija.

Madwar 25,000 kienu l-Belt għal Science in the City

Eluf ta’ familji u persuni ta’ kull eta’ daħlu l-belt Valletta l-Ġimgħa filgħaxija biex jesperjenzaw għadd ta’ attivitajiet dwar ix-xjenza tal-European Researchers’ Night, Science in the City 2016. It-tema matul din il-5 edizzjoni kienet il-moħħ uman.
Aqra aktar

Il-Knisja mhijiex għodda partiġġjana

Fl-aħħar ġimgħat rajna lill-Partit Nazzjonalista jikkwota kontinwament l-omeliji tal-Arċisqof Charles Scicluna, jinterprethom minn lenti partiġġjana u jużawha biex jagħtu l-impressjoni li l-Knisja hija wara l-Partit.

Xi ħaġa li nnotawha ħafna, u li dwarha kiteb Fr David Muscat, li widdeb lill-partitarji  nazzjonalisti li min jagħmel dan juri li mhuwiex verament kattoliku.

Aqra aktar

Send this to a friend