One News – Page 2651 – One News

One News

Notifiki

L-IIP bin-numri

It-tielet rapport tar-regolatur dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment mhux biss huwa xhieda tas-suċċess li qed ikollu dan il-programm, iżda wkoll tas-serjetà li l-programm ta’ pajjiżna jitmexxa bih. Ir-regolatur jagħmel dan ċar f’numru ta’ partijiet minn dan ir-rapport fejn fost oħrajn jistqarr:  “Dak li sibna f’dan ir-rapport huwa mhux biss huwa inkoraġġanti iżda indikazzjoni tas-suċċess enormi ta’ dan il-programm fi tletin xahar biss minn meta tnieda uffiċjalment.  Jirrifletti wkoll l-esperjenza li akkumultat fl-aħħar sentejn u nofs, kif ukoll id-diliġenza li biha l-proċess jitmexxa minn dawk kollha involuti.”

Aqra aktar

Wasla ta’ ajruplani tal-baħar f’Malta

Ix-xahar id-dieħel pajjiżna se jesperjenza wasla ta’ ajruplani tal-baħar minn Lago di Como. Tħabbar dan waqt seminar dwar is-settur tal-avjazzjoni f’pajjiżna.

Matulu intqal li fl-aħħar tliet snin, r-reġistru tal-avjazzjoni esperjenza tkabbir b’xejn inqas minn mitejn u erbgħin ajruplan irreġistrati taħt il-bandiera Maltija.

Aqra aktar

Id-delizzju tal-għadds: riskji u prekawzjonijiet

Id-delizzju tal-għadds huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar riskjużi, kemm minħabba il-kundizzjonijiet ta’ taħt il-baħar kif ukoll dawk ta’ wiċċ il-baħar.

Suġġett li kien diskuss f’One News Breakfast bejn l-għaddas Silvio Grixti u l-uffiċjal minn Transport Malta Patrick Pollaco.

Aqra aktar

Dak li rebaħ se jagħtih lill-karità!

Ftit ġimgħat ilu onenews.com.mt tkellem ma’ Kyle Duca, żgħażugħ ta’ 24 sena magħruf ma’ bosta għat-tpinġijiet li jagħmel li fil-maġġoranza tagħhom jkunu ta’ plejers tal-futbol.

Illum Kyle kiteb fuq is-sit soċjali ta’ Facebook li għadu kif irċieva aħbar ferm sabiħa hekk kif għadu kemm jikkuntattjah il-plejer Paulo Dybala fejn qallu li hu kien ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni li ħa sehem fiha.

Aqra aktar

Sab soluzzjoni prattika għad-domanda “Sir, nista’ mmur it-toilet?”

Għalliem fl-iskola primarja tal-Għargħur ġibdilna l-attenzjoni, bl-idea tiegħu ta’ ‘toilet station’. Jgħid li jħossu urtat li waqt il-lezzjonijiet it-tfal jinterrompu biex jistaqsu jistgħux jmorru t-toilet.

Għalhekk ħareġ b’idea – kull tifel u tifla jpoġġi s-sapun, xugaman u marker f’rokna partikolari tal-klassi. Meta jiġu biex imorru t-toilet, m’hemmx għalfejn isaqsu. Iridu l-ewwel jaraw hemmx ħaddieħor li diġa’ mar, u wara jirraġunaw bejnhom u bejn ruħhom jekk hux ħin tajjeb li jmorru jew inkella hux se jitilfu xi ħaġa importanti.

Meta jiddeċiedu li hu ħin tajjeb u m’hemm ħadd iktar, iniżżlu isimhom fuq whiteboard u xħin jiġu lura, iħassruh. L-għalliem Heathcliffe Schembri jissekriviha bħala sitwazzjoni “win-win”. Intom x’taħsbu?

Aqra aktar

Issalva qattus waqt li kienet xogħol l-Afghanistan

Fis-sena 2008 Christine Weber Bouldin kienet stazzjonata fuq xogħol l-Afgħanistan, meta qattusa ċkejkna u speċjali sabet mod kif tidħol f’ħajjitha.

Lin-nies Christine kienet tgħidilhom “Qatt ma kont rajt qattusa bħalha. Vera ħassejt dieqa kbira għaliha. La setgħet timxi sew u lanqas tpoġġi. Bdiet tinqeleb kull pass li tagħmel.”

Aqra aktar

Il-Qorti tikkonferma: Taljana mafjuża sejra lura pajjiżha

L-estradizzjoni lejn l-Italja ta’ mara li kienet tifforma parti minn grupp mafjuż u li kienet arrestata Malta bis-saħħa tal-Mandat t’Arrest Ewropew se tkun qed isseħħ, kif kien deċiż inizjalment. Dan ġie deċiż illum fil-Qorti, mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Mezzi tax-xandir Taljani irrapportaw li Donatella Concas kienet issuspettata li kienet parti mill-grupp mafjuż Camorra u kienet arrestata f’pajjiżna permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Il-mara ngħatat sentenza ta’ tliet snin u tmien xhur priġunerija minn Qorti Venezjana, talli pparteċipat f’atti kriminali, użura, u kienet fil-pussess illegali ta’ armi fost oħrajn. Skont dawn ir-rapporti, saret parti mill-grupp mafjuż Venezjan bejn l-2009 u l-2011, liema grupp kien jieħu vantaġġ minn negozjanti u jipprovidhom bil-flus li jkollhom bżonn, b’rati għolja ta’ interessi. Wara li ngħatat is-sentenza, Donatella Concas għebet għal aktar minn sena, u kien wara investigazzjonijiet fir-reqqa li nstabet  hawn Malta.

Aqra aktar

2016 aktarx l-aktar sena sħuna qatt irreġistrata

B’informazzjoni u statistiċi mill-ewwel disa’ xhur biss, xjentisti minn madwar id-dinja huma 90% ċerti li l-2016 se taqbeż l-ammont ta’ sħana li fl-2015 bassru li se tagħmel din is-sena.

Skont l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, it-temperaturi bejn Jannar u Settembru kienu aktar minn grad ogħla minn dak previst, u x-xjentisti jemmnu li t-temperaturi se jibqgħu għolja biżżejjed sal-aħħar tas-sena biex jiksru kull rekord.

Skont l-analiżi tal-Organizzazzjoni, sittax mis-sbatax–il sena l-aktar sħan kienu rreġistrati f’dan is-seklu, bl-unika eċċezzjoni tkun l-1998.

“Naħseb Fik”

“Din hija inizjattiva oħra komunitarja u familjari favur l-anzjani, li fil-jiem tal-festi jħossuhom minsijin mill-familja u l-ħbieb.”  Hekk qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana meta nediet il-kampanja “Naħseb Fik”, biex tul il-festi tal-Milied tintwera solidarjetà aktar diretta bejn il-ġenerazzjonijiet fil-familja u fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Caruana fakkret li l-ewwel edizzjoni saret bi prova f’Għawdex is-sena l-oħra, u s-suċċess li kisbet wassal lis-Segretarjat biex jestendiha din is-sena fuq livell nazzjonali.  Madwar 200 persuna anzjana gawdiet mill-inizjattiva s-sena l-oħra, li kienu fost dawk li jħossuhom neqsin mill-attenzjoni tal-familja u d-dispjaċir – kultant sieket imma reali – li, filwaqt li kulħadd jista’ jiċċelebra mal-qraba u l-ħbieb, huma jkunu waħidhom.

“L-attenzjoni u l-kura tal-anzjani fi ħdan il-familji Maltin u Għawdxin għadha b’saħħitha, imma jeżistu dawk li jonqsu mid-dmirijiethom – li jaħsbu kif jixraq fil-ġenituri u l-anzjani fil-familja,” qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.  Hija żiedet li din l-inizzjattiva għandha sservi biex tħeġġeġ aktar sens ta’ dmir fil-familji nfushom, u fl-istess ħin toħloq kuxjenza pubblika biex tikkumbatti jew tikkumpensa għal sitwazzjonijiet ta’ solitudni.
Aqra aktar

Send this to a friend