One News – Page 2650 – One News

One News

Notifiki

2016 aktarx l-aktar sena sħuna qatt irreġistrata

B’informazzjoni u statistiċi mill-ewwel disa’ xhur biss, xjentisti minn madwar id-dinja huma 90% ċerti li l-2016 se taqbeż l-ammont ta’ sħana li fl-2015 bassru li se tagħmel din is-sena.

Skont l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, it-temperaturi bejn Jannar u Settembru kienu aktar minn grad ogħla minn dak previst, u x-xjentisti jemmnu li t-temperaturi se jibqgħu għolja biżżejjed sal-aħħar tas-sena biex jiksru kull rekord.

Skont l-analiżi tal-Organizzazzjoni, sittax mis-sbatax–il sena l-aktar sħan kienu rreġistrati f’dan is-seklu, bl-unika eċċezzjoni tkun l-1998.

“Naħseb Fik”

“Din hija inizjattiva oħra komunitarja u familjari favur l-anzjani, li fil-jiem tal-festi jħossuhom minsijin mill-familja u l-ħbieb.”  Hekk qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana meta nediet il-kampanja “Naħseb Fik”, biex tul il-festi tal-Milied tintwera solidarjetà aktar diretta bejn il-ġenerazzjonijiet fil-familja u fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Caruana fakkret li l-ewwel edizzjoni saret bi prova f’Għawdex is-sena l-oħra, u s-suċċess li kisbet wassal lis-Segretarjat biex jestendiha din is-sena fuq livell nazzjonali.  Madwar 200 persuna anzjana gawdiet mill-inizjattiva s-sena l-oħra, li kienu fost dawk li jħossuhom neqsin mill-attenzjoni tal-familja u d-dispjaċir – kultant sieket imma reali – li, filwaqt li kulħadd jista’ jiċċelebra mal-qraba u l-ħbieb, huma jkunu waħidhom.

“L-attenzjoni u l-kura tal-anzjani fi ħdan il-familji Maltin u Għawdxin għadha b’saħħitha, imma jeżistu dawk li jonqsu mid-dmirijiethom – li jaħsbu kif jixraq fil-ġenituri u l-anzjani fil-familja,” qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.  Hija żiedet li din l-inizzjattiva għandha sservi biex tħeġġeġ aktar sens ta’ dmir fil-familji nfushom, u fl-istess ħin toħloq kuxjenza pubblika biex tikkumbatti jew tikkumpensa għal sitwazzjonijiet ta’ solitudni.
Aqra aktar

Il-Gvern impenjat kontra d-diskriminazzjoni mal-ħaddiema fuq bażi tal-età

 

F’seminar imtella’ mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol l-OHSA, bit-titlu ‘Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa f’kull età’, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli tkellmet dwar l-importanza li l-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti tul il-ħajja.

Il-Ministru Dalli semmiet kif f’pajjiżna qed naffaċċjaw sitwazzjoni fejn il-work force qiegħda dejjem tikber fl-età kif qed jiġri f’pajjiżi oħra.

“Bħala gvern kommessi li nindirizzaw din il-kwistjoni għaliex nemmnu li dan iwassal għal titjib fis-saħħa tal-ħaddiema kif ukoll għal titjib fil-produttività” qalet il-Ministru Dalli.

Aqra aktar

Jiżdied id-dħul tal-Malta Community Chest Fund

 

Il-Malta Community Chest Fund rat żieda sostanzjali fid-dħul tagħha, bl-ikbar kontribut finanzjarju jibqa’ dak tal-Istrina.

Dan irriżultat mir-rapport annwali tal-Fondazzjoni li kien ippreżentat f’laqgħa ġenerali. L-ewwel waħda għall-MCCF minn meta saret fondazzjoni.

Mill-avvnimenti marbuta mal-Istrina, sakemm jasal il-jum tal-għada tal-Milied, inġabru iktar minn erba’ miljun ewro. Iċ-ċermen tat-taqsina tal-finanzi tal-Fondazzjoni jgħid li ż-żieda kienet waħda mifruxa.

 

Fil-fatt, fil-laqgħa ġenerali kien spjegat li dan ir-rapport finanzjarju sal-aħħar tas-sena li għaddiet tkien fuq disa’ xhur għax ikopri l-perjodu Marzu sa Diċembru, perjodu li matulu l-organizazzjoni kienet diġa’ saret fondazzjoni.

Aqra aktar

Valentino Rossi għaxxaqha!

Ma servew għal xejn it-talbiet ta’ skuża li Valentino Rossi għamel lil ċertu Ana Cabanillas. Ilbieraħ il-mara Spanjola qalgħat daqqa ta’ sieq mis-sewwieq tal-Yamaha, waqt li kienet ma xi ħbieb tieħu s-selfies f’Valencia.

Hija qalet li għall-ewwel ħasbet li kien inċident involontarju imma meta rat il-filmati għal darba, tnejn, iddeċidiet li Rossi għamilha apposta u b’hekk bi ħsiebha tieħu passi legali kontra dak li kien ċampjin tad-dinja disa’ darbiet.

Aqra aktar

Tat-taxi jibqa’ għaddej

Il-kulur aħmar ma fisser xejn għal dan is-sewwieq ta’ taxi, li baqa’ għaddej b’veloċità massima, jekk mhux eċċessiva, f’Ħal Luqa. Imnalla inżerta’ li sewwieq ta’ rota ma qabadx u qasam it-triq malli d-dawl qaleb aħmar.

Ara l-filmat imtella’ minn Malta Roads.

Aqra aktar

Jinżel jassisti koppja wara li waqfitilhom il-karozza

Fil-waqt li l-midja u s-siti soċjali xi kultant jafu jkunu ta’ spiss negattivi, ma jonqosx it-tajjeb li joħroġ minnhom.

Dan speċjalment meta jkun hemm persuni li jaqsmu l-esperjenzi sbieħ tagħhom mal-kumplament tan-nies. Hekk ġara kmieni dagħlodu meta raġel irrakkonta x’ra waqt li kien il-Gżira.

Aqra aktar

Jisirqu l-ideat u jagħmluhom tagħhom!

Żewġ fotografi li saru famużi fid-dinja ta’ Instagram, Jack Morris u Lauren Bullen, riċentament irċevew aħbar stramba. Din l-aħbar kienet tgħid li żewġ persuni oħra qed isegwu kull pass tagħhom, kemm fil-pajjiżi li jżuru u kif ukoll ir-ritratti li bdew jieħdu.

Aqra aktar

Tat-Times imgiddba

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija rrefera għal dak li deher ilbieraħ fuq is-Sunday Times of Malta dwar investiment potenzjali fl-Air Malta minn investitur hekk indikat.

Il-Ministeru ikkonferma li, għalkemm kienu saru xi laqgħat preliminari mill-Gvern ma’ din il-persuna, m’hemm l-ebda taħdidiet għaddejjin magħha fil-preżent jew ma’ xi kumpanija li huwa tagħha s-sid jew, fejn hu għandu interess inkonessjoni mal-Air Malta.

 

Send this to a friend