One News – Page 2649 – One News

One News

Notifiki

Kanye West l-isptar għax ħassu għajjien ħafna

Kanye West ittieħed l-isptar minħabba nuqqas ta’ enerġija, din l-aħbar ħarġet ftit wara l-aħbar ta’ nhar it-Tnejn meta kkanċella l-aħħar ftit kunċerti li kien għad fadallu.

Il-Pulizija rrispondew għal assistenza medika ta’ emerġenza li saret mid-dar ta’ West għall-ħabta tas-1:20p.m., skont Pulizija fid-Dipartiment ta’ Los Angeles.

Aqra aktar

Ftehim kollettiv bejn żewġ entitajiet li jħarsu t-traffiku fl-ajru

Ġie ffirmat il-ftehim kollettiv bejn il-Malta Air Traffic Services (MATS) u l-Malta Air Traffic Controllers’ Association.  Dan il-ftehim qiegħed iseħħ wara diskussjonijiet li saru dawn l-aħħar xhur bejn iżżewġ naħat dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-erba’ snin li ġejjin u li kien hemm ukoll kontribut minn naħa tal-Ministeru għat-Turiżmu biex intlaħaq dan il-ftehim. Preżenti waqt l-iffirmar kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.

Il-MATS irnexxielha tirdoppja l-profit tagħha fl-2013 u kompliet fit-triq pożittiva li qabdet matul dawn l-aħħar tliet snin, fejn baqgħet tirreġistra profit.  Il-Ministru saħaq li dan  jirrifletti l-ħidma kbira li qiegħda ssir mill-Bord, Management u l-impjegati kollha tagħha.Aqra aktar

Il-GWU sodisfatta bl-impenn tal-Prim Ministru

Fi stqarrija l-General Workers’ Union esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal dak li ħabbar f’dawn il-jiem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta wera r-rieda tiegħu li sas-sena d-dieħla jrid li jintlaħaq qbil dwar l-introduzzjoni ta’ leave mediku għall-ħaddiema li qed ibatu mill-marda tal-kanċer; kif ukoll li jissaħħaħ il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur għall-ħaddiema tal-kuntratturi li qed jagħtu servizz fis-settur privat.

Aqra aktar

Id-De La Rue se jżommu kollox hawn…minflok inaqqsu se jżidu l-ħaddiema

Id-De La Rue se tkun qed iżomm il-proċess tal-istampar tal-flus f’pajjiżna wkoll biex kuntrarju għal dak imħabbar diversi xhur ilu d-De La Rue mhux se tnaqqas impjegati u lanqas toffri skemi ta’ rtirar kmieni. Minflok se tkun qed iżżid il-ħaddiema tagħha għal ħames mija.

Bħala parti minn proċess ta’ reviżjoni kontinwu d-De La Rue ħabbret iktar kmieni din is-sena li se toħloq ċentru ta’ eċċellenza b’investiment ta’ €33,000,000 f’apparat ġdid u ħaddiema ġodda u iktar imħarrġa. Issa, bix-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ eċċellenza avvanzat sew, d-De La Rue ddeċidiet li żżomm kollox hawn bħala parti minn dan iċ-ċentru.

Aqra aktar

Żagħżugħ mis-Serbja qarraq b’tal-JobsPlus

Raġel ta’ 24 sena mis-Serbja kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, wara li ammetta li ppreżenta ittra li fiha kien hemm informazzjoni falza dwar applikazzjoni ta’ xogħol lill-JobsPlus.

Fil-Qorti l-imputat kien akkużat li bagħat applikazzjoni lill-JobsPlus biex jaħdem f’Malta, u qal li kellu tliet snin esperjenza ta’ xogħol ma’ kumpanija tal-ħadid, izda dan ma kienx vera.

L-imputat ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu u ikkopera mal-Pulizija waqt l-investigazzjonijiet u wara li qieset kollox il-Qorti kkundannat lill-imputat għal sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal sentejn.

DEHEB – midalja storika għal Malta

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius feraħ lil Tiziana Carannante li rebħet midalja tad-deheb storika waqt il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth.

Sue Abela rebħet l-midalja tal-bronz fl-istess kampjonati.  Il-midalja tal-fidda intrebħet minn Whiting tal-Awstralja.

Il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth isiru kull sentejn u huma miftuha ghal dawk il-pajjiżi kollha li jiffurmaw parti mill-Commonwealth.  Din l-edizzjoni saret f’Johannesburg, fl-Afrika t’isfel.

Aqra aktar

Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat KUNĊERT fil-Katidral ta’ l-Imdina nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru fis-7.30 ta’ filgħaxija b’riżq id-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se ddoqq fost l-oħrajn kompozizzjonijiet ta’ Nino Rota: Legend of the Glass Mountain, John Stevens – Benediction, Hay Malotte – The Lord’s Prayer u Tantum Ergo ta’ Paolo Nani. Il-Banda tal-AFM se tkun akkumpanjata mill-Coro Bel Canto. Kompozizzjoni ohra hija silta mill-musical: San Ignazju ta’ Loyola, bi kliem ta’ Dr John A. Agius u mużika ta’ Bdr Twanny Borg.

Aqra aktar

B’sieq waħda, imma salva lejl kiefer f’Halloween

Lejlet Halloween, kelb midrub safa imwaddab minn tieqa ta’ karozza miexja u tħalla għall-mewt.

Fortunatament żewġ nisa b’qalb tajba ġabru lill-kelb u ħaduh fl-eqreb għassa tal-Pulizija, fi New York fl-Istati Uniti. Il-Pulizija li kien qed imexxi dak il-ħin, Jon David-Hill, iddeċieda li jċempel lill-għaqda li tħares id-drittijiet tal-annimali, li qalulu li minħabba l-feriti gravi li kellu l-kelb, ma setgħu jagħmlu xejn ħlief iraqqduh.

Aqra aktar

Send this to a friend