One News – Page 2648 – One News

One News

Sempliċità mal-Inspire

Wieħed mill-aktar gruppi popolari Maltin, The Travellers, ingħaqad mal-Fondazzjoni Inspire biex jippromwovi messaġġ ta’ kompassjoni u empatija permezz tad-diska popolari Sempliċità.

Il-membri tal-grupp Għawdxi li ngħaqdu fl-2013, qalu li huma ‘grati lill-Inspire għall-esperjenza li huma qasmu magħhom. Il-grupp, flimkien mal-Inspire, ħolqu vidjo mużikali uniku għad-diska Semplicità, bl-intenzjoni li jippromwovu l-kompassjoni u l-empatija fl-isem tad-diċenza umana.’

Il-vidjo mużikali ġie  ffilmjat kollu fil-bini tal-Inspire f’Marsaskala (li qabel kien magħruf bħala r-Razzett tal-Ħbiberija), u l-membri tal-grupp jidhru jimxu madwar il-bini kollu, jiltaqgħu u jitkellmu mal-klijenti tal-Inspire hekk kif dawn jużaw id-diversi servizzi ta’ terapija u ta’ divertiment li toffri l-Fondazzjoni.

“Il-faqar u l-immobililtà soċjali huma realtà li m’għandniex naċċettaw, u filwaqt li l-ħaddiema tal-Inspire qed jagħmlu kullma jistgħu biex ibiddlu dan, huma ma jistgħux jagħmlu dan mingħajr l-appoġġ tagħna,” qalu The Travellers.

“Il-kliem tal-kanzunetta Sempliċità tassew jaqblu mal-etos tal-Inspire. Huwa għalhekk li għażilna din il-kanzunetta biex nibagħtu l-messaġġ tagħna” spjega s-CEO tal-Inspire, is-Sur Antonello Gauci.  “Huwa ta’ unur kbir għalina li nikkollaboraw ma’ talent lokali bħal The Travellers, li għamlu minn kollox biex jiżguraw li din il-kampanja tkun ta’ suċċess.”

“Ir-riżorsi tal-Inspire huma limitati,” qal Chris, il-kantant tal-grupp, “għaldaqstant aħna nixtiequ nħeġġu lil kulħadd biex jikkontribwixxi għal din il-kawża. Il-karità hija parti mill-kultura tagħna, u għalkemm l-affarijiet mhux se jsiru perfetti b’xi mod maġiku, id-donazzjoni żgħira tiegħek tista’ tgħin lil familja fil-bżonn biex it-tifel jew it-tifla tagħhom jirċievu edukazzjoni tajba u ġusta.”

“Il-ħidma tagħna mal-Inspire affetwatna fuq livell tassew intimu,” żiedu jgħidu l-membri l-oħra tal-grupp. “Tgħallimna wkoll li meta naħdmu lkoll flimkien nistgħu nagħmlu bidla fid-dinja ta’ madwarna.”

L-Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni. Il-missjoni tagħha hi li tipprova tgħin lil kull min għandu diżabilità biex jikseb dan. Dan isir billi l-individwi u l-familji tagħhom jingħataw servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ divertiment.

Illum, l-Inspire tgħin lil aktar minn 1000 individwu b’diversi diżabilitajiet li jvarjaw minn Down Syndrome, għal Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn.

Fit-30 ta’ Ottubru, l-Inspire ser torganizza maratona ta’ 12-il siegħa għall-ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni. Int tista’ tagħmel donazzjoni fuq 506 18 926 biex tagħti donazjoni ta €6.99

Segwi l-vidjo mużikali hawn:

Aqra aktar

Iridu l-flus ta’ skemi li ma ridux

Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-qabel il-baġit jipproponi l-użu tal-flus minn skemi u inizjattivi li fl-aħħar xhur l-istess Partit Nazzjonalista tkellem bil-goff kontra tagħhom.  

Tnejn li jispikkaw huma ċ-ċittadinanza b’investiment u l-kontribuzzjoni ambjentali mis-settur turistiku.

Dwar iċ-ċittadinanza b’investiment, il-Partit Nazzjonalista għamel kampanji ma jaqtgħu xejn.

Pero’ f’punt 52 tad-dokument, il-Partit Nazzjonalista jgħid li jridu jassiguraw li “l-fondi miġbura mit-taxxa fuq it-turiżmu u l-programm ta- ċittadinanza b’investiment jintefqu biex jindirizzaw prijoritajiet nazzjonali.”

Aqra aktar

Sar missier għat-tieni darba waqt li kien qed jilgħab għal pajjiżu

Id-difensur tat-tim Malti u captain ta’ Sliema Wanderers Alex Muscat mhux se jinsa’ lbieraħ għal diversi raġunijiet…kellu jkun jum li fih twieled it-tieni tifel tiegħu Max!

 Muscat se jfakkar nhar it-tmienja ta’ Ottubru kull sena minn issa ‘l quddiem – mhux għall-prestazzjoni tat-tim Malti imma b’xi kejk u ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq snin iż-żgħir tiegħu.

Aqra aktar

Raġel fil-periklu tal-mewt – jintlaqat minn karozza r-Rabat

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs seħħ inċident stradali fil-post magħruf bħala Santa Katerina limiti tar-Rabat.

Raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar safa’ milqut minn vettura tat-tip Subaru Justy li kienet misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti x-Xgħajra, wara li din għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura.

Ir-raġel ingħata l-ewwel asssitenza minn xi persuni li kienu qrib tiegħu sakemm fuq il-post waslet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Il-bejgħ tal-Jerma miżmum

Il-bejgħ tal-Jerma huwa miżmum wara li l-bank HSBC talab għas-sospensjoni fil-bejgħ bi rkant. Dan ġie żvelat mill-ġurnal Times of Malta fejn qal li suppost dan l-irkant kellu jsir nhar it-Tlieta
Skont nota mill-avukat tal-istess bank, huma qalu li talbu din is-sospensjoni għaliex jixtiequ li jkunu f’pożizzjoni aħjar biex issir ir-rivalutazzjoni.

Aqra aktar

Żewġ operaturi tal-Fish Farms neħħew il-gaġġeġ kif maqbul

L-Awtoritá tal-Ippjanar ikkonfermat li żewġ operaturi tal-fish farms minn erba’, irrispettaw il-ftehim li sar ta’ kif u meta kellhom ineħħu l-gaġġeġ. Iż-żewġ operaturi, Malta Fish Farming Ltd u Malta Mariculture Ltd, neħħew żewġ gaġġeġ ta’ 20 metru, kif ukoll żewġ gaġġeġ oħra ta’ 50 metru rispettivament.
Aqra aktar

€100 jekk tirbaħ Malta!

Skont is-sit tal-betting,bet365, jekk Malta tirbaħ il-logħba kontra l-Ingilterra, għal kull €1 li tilgħab tieħu lura €100. Jidher biċ-ċar li fuq il-kotba tal-betting Malta mhux stmata xejn, li għandha ċ-ċans li tirbaħ il-logħba.
Aqra aktar

Send this to a friend