One News – Page 2646 – One News

One News

Busuttil jiddefendi lil Beppe Fenech Adami

Quddiem dak zvelat mill-ġurnal Malta Today, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil iddefenda lill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Qabel u wara l-attivita politika fil-każin Nazzjonalista ta’ Ħal Luqa ġurnalisti minn media indipendenti pruvaw jieħdu l-ewwel reazzjoni ta’ Busuttil, iżda dan injorahom
Aqra aktar

It-tanker tal-LNG fil-Port ta’ Marsaxlokk

It-tanker Armada LNG Mediterrana jinsab fil-port ta’ Marsaxlokk.

Fil-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti, il-Ministru Konrad Mizzi fisser kif dan huwa mument storiku għal pajjiżna. Il-qalba mill-aktar żejt li jniġġeż għall-gass, hija wegħda elettorali oħra mwettqa mill-Gvern.

Il-Ministru spjega li l-kostruzzjoni tal-qalba għall-gass hija kompluta u li issa se jkunu qed isiru numru ta’ testijiet ta’ sigurta’. Il-Ministru Konrad Mizzi fisser kif l-informazzjoni kollha se tkun ippublikata.

ARA FILMAT LIVE hekk kif it-tanker tal-LNG jidħol fil-port ta’ Marsaxlokk

Wara li lbieraħ t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal hawn Malta bla problemi u ftit aktar kmieni milli mistenni, bdiet issir ħdima fuqu, biex ikun jista’ jidħol fil-port ta’ Marsaxlokk. It-tanker mistennij jidħol fil-port għall-ħabta tas-07:45 jew 08:00, għalhekk ħafna kmamar tal-aħbarijiet sebħu kmieni, jistennew dan il-mument li se jqarreb lill-Malti li teħles darba għal dejjem mill-aktar żejt li jniġġeż.

Kif it-tanker għadu vojt, jsiru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija.

It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar 125,000 metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.

Aqra aktar

Jibqa’ dieħel ġo ħajt f’Ħ’Attard

Fl-erbgħa u kwart ta’ dalghodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, f’Attard. Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Birkirkara tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo ħajt.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhijiex magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sogħba għat-telfa ta’ Clifford Falzon – is-sewwieq ta’ mutur li miet f’inċident il-Mellieħa

Il-kumpanija Busy Bee esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt ta’ Clifford Falzon – is-sewwieq ta’ mutur li tilef ħajtu f’inċident fil-bypass tal-Mellieħa. Cliff, kif sejħulu l-kollegi tiegħu, kellu 36 sena u kien minn Ħal Balzan.

Aktar kmieni l-isptar Mater Dei ħareġ avviż li min offra l-ewwel għajnuna lil Clifford jista’ jmur jiġbor l-apparat li ttieħed l-isptar.

Dan huwa dak li kitbet il-kumpanija fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Aqra aktar

Imniedi sit ġdid għall-Ħal Far Model Flying Association

Illum infetaħ uffiċjalment sit ġdid ta’ Ħal Far Model Flying Association mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni Arthur Napier fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega l-intoppi li ltaqgħu magħhom fil-mixja sabiex l-Assoċjazzjoni tingħata dan is-sit minn fejn tista’ topera.  Fil-fatt l-akbar ostaklu kien dak li l-art tinsab f’żona industrijali.  Huwa qal li b’rieda tajba minn diversi partijiet intlaħaq ftehim b’sodisfazzjoni kbir għan-numru ta’ dilettanti fi ħdan l-Assoċjazzjoni. Semma wkoll li fl-isport ma għandhiex tidħol il-politika u li l-ġurnata tal-lum tixhed eżattament dan.   Huwa kompla jgħid li qiegħed jipprova jgħin sabiex jintlaħqu t-talbiet kbar li qed isiru minn diversi assoċjazzjonijiet, għalkemm dan ma jkunx dejjem possibli.

Aqra aktar

Kontroversja dwar il-kompetizzjonijiet tal-klieb

Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f’taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita. The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta’ dak imsejjaħ ‘double handling’ minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb.

Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta’ trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta’ suffara jew ġugarell. B’hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt.

Aqra aktar

Tifel u tliet adulti l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan

Għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar seħħ inċident stradali fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan.

Ħabta seħħet bejn vettura BMW u van tal-għamla Ford. Il-vettura BMW kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Ġwann u kellu passiġġiera miegħu fl-istess vettura mara ta’ 35 sena u tifel ta’ seba’ snin li lkoll huma residenti San Ġwann. Il-Van Ford kien qed jigi misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-vittmi u sussegwentament ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura. Ħadd mill-vittmi ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Send this to a friend