One News – Page 2645 – One News

One News

Kapitlu ġdid għal pajjiżna – Arja aktar nadifa

Id-dħul tat-tanker tal-LNG fil-Port ta’ Marsaxlokk huwa l-aħħar fażi tal-proġett tal-enerġija, biex minflok power station li taħdem bl-iktar żejt li jniġġeż, il-heavy fuel oil, dalwaqt tibda taħdem waħda bil-gass naturali li huwa l-aktar nadif, hekk kif it-tanker Armada LNG Mediterrana se jaħżen il-likwidu tal-gass.
Aqra aktar

Garanzija taż-żgħażagħ ippersonalizzata

L-ewwel programm tal-Garanzija għaż-żgħażagħ serva ta’ bażi biex jissaħħaħ it-tieni programm li se jibqa’ għaddej sal-2020.

B’differenza minn dak ta’ qablu, it-tieni programm se jagħti iżjed attenzjoni individwali liż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Aqra aktar

Jinsistu li jista’ jkun REAT li toħroġ liċenzja għall-morning after pill

Life Network Foundation Malta irreaġixxiet għad-deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt li dan l-aħħar kellu sensiela ta’ laqgħat ma’ esperti mediċi u mas-soċjeta’ ċivili biex issir diskussjoni u studju  dwar il- morning after pill .

Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib. Għad-diżappunt qawwi ta’ bosta għadiet favur id-drittijiet tan-nisa, l-Awtorità tal-Mediċini ddeċidiet li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.

Fi stqarrija l-Fondazzjoni qalet li skond l-Att dwar il-Mediċini, hija l-funzjoni ta’ L-Awtorità dwar il-Liċenzjar (taħt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika) li tawtorizza liċenzji għall-prodotti mediċinali biex jidħlu fis-suq Malti.

Aqra aktar

Ħolma ssir realtà wara ħafna snin

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi; frażi li llum jistgħu jgħiduha l-Ħal Far Model Flying Association hekk kif kisbu lura art li ttiħditilhom u li fuqha kienu jipprattikaw id-delizzju tagħhom.

Din issa saret propjetà tagħhom, bil-Gvern jagħti appoġġ fit-tindif biex inbidlet f’runway professjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend