One News – Page 2644 – One News

One News

“Il-problemi tas-saħħa mentali jaffettwaw lil kulħadd”

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca indirizzat konferenza tal-aħbarijiet li matula appellat lis-soċjetà Maltija sabiex ‘tifhem aktar u tagħraf is-sofferenza ta’ dawn ħutna fis-soċjetà tagħna u tkun ta’ appoġġ fejn ikun hemm bżonn’.
Aqra aktar

Vodafone b’miżuri favur il-familja u n-nisa

Il-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo żaru l-uffiċini tal-Vodafone fi Skyparks Malta. Hawn osservaw u semmgħu l-inizjattivi li ħadet il-Vodafone b’rabta ma’ miżuri favur il-familja u n-nisa. Intqal fost oħrajn kif Vodafone tagħti iżjed ġimgħat ta’ maternity leave lin-nisa.
Aqra aktar

Karta ġdida fil-futbol

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol intużat il-karta l-ħadra, b’Christian Galano ta’ Vicenza li jilgħabu fis-Serje B tal-Italja jkun l-ewwel plejer rikonoxxut b’din il-karta.
Aqra aktar

Baġit li tħabbar u twettaq

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-id amministrattiva tal-Gvern ħejjiet dokument ‘It-Twettiq tal-Baġit 2016’ biex tagħti rendikont tat-twettiq tal-miżuri tal-baġit għal din is-sena.

Aqra aktar

L-Ombudsman jappella biex il-liġi tkun aġġornata dwar trabi li jitwieldu bejn sema u ilma

L-Ombudsman laqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li nħarġet nhar it-tletin ta’ Settembru, biex tifel li twieled bejn sema u ilma jkun reġistrat hawn Malta.

Innota wkoll li l-liġi attwali mhix ċara dwar fejn għandhom ikunu reġistrati trabi li jitwieldu bejn sema u ilma u rrakkomanda li din tkun aġġornata.

L-omm Somala welldet fuq dgħajsa b’70 immigrant irregolari abbord, liema dgħajsa eventwalment għerqet. L-omm u t-tarbija kienu salvati mill-Forzi Aramti ta’ Malta u ttieħdu abbord vapur Russu.

Peress li l-immigranti ma setgħux ikunu trasferiti fuq id-dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta minħabba l-maltemp, il-bastiment Russu kien awtorizzat jidħol fil-port f’Malta, fejn l-omm u t-tarbija ddaħħlu u ngħataw protessjoni umanitarja. L-Ombudsman innota d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, ċioe li t-tarbija għandha dritt fundmanetali tkun irreġistrata u jkollha nazzjonalità.

 

 

‘Ħajja mimlija kurżità, Esplora mhux għat-tfal biss’

Ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Persons with Disability and Active Ageing u Esplora, biex anzjani u persuni b’diżabilità jgawdu minn programm addattat.

Esplora huwa ċentru ġdid ta’ xjenza interattiva fil-kumpless ta’ Villa Bighi fil-Kalkara. Il-ftehim huwa mmirat għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità. Membri taċ-ċentri għal matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport u membri tal-life-long learning hubs taħt id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se jkunu jistgħu jipparteċipaw fi programm apposta, li jismu ‘Ħajja mimlija kurżità, Esplora – mhix tgħat tfal biss‘.

Aqra aktar

Send this to a friend