One News – Page 23 – One News

One News

Notifiki

Ferris mistenni jiġi akkużat li gideb taħt ġurament dwar Egrant

Jonathan Ferris mistenni jiġi akkużat li għamel dikjarazzjonijiet foloz dwar l-allegazzjonijiet Egrant waqt li kien taħt ġurament.

Fl-inkjesta Egrant, Ferris, eks Spettur tal-Pulizija u eks maniġer ġewwa l-Financial Intelligence and Analysis Unit,  kien qal li huwa identifika depożitu ta’ sitt mitt elf dollaru mill-Ażerbajġan għall-kumpanija ta’ persuna qrib Michelle Muscat.Aqra aktar

George Farrugia baqa’ ma tax lil ħutu evidenza marbuta mat-tixħim

George Farrugia, ir-raġel li ngħata l-proklama biex jixhed is-sewwa fil-każ ta’ tixħim fil-kuntratti taż-żejt fi żmien Gvern Nazzjonalista, baqa’ ma pprovdiex evidenza fuq transazzjonijiet finanzjarji f’kont bankarju Svizzeru.

Farrugia kien ammetta li huwa kien jagħti eluf ta’ flus biex ixaħħam nies fl-Enemalta biex jieħu kuntratti dwar iż-żejt.

Il-Maltatoday irrappurtat kif ftit tal-ġimgħat ilu, George Farrugia kien qed jixhed fil-Qorti f’każ kriminali kontra ħutu stess.Aqra aktar

Il-ħaddiema fis-settur turistiku qed itejbu l-ħiliet

Waqt l-estimi finanzjarji għall-Ministeru għat-Turiżmu, il-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, intqal kif is-settur turistiku, għalkemm għaddej minn sfida, il-Gvern ma qgħadx lura milli jinvesti fih.

Il-budget għas-sena d-dieħla alloka s-somma ta’ €95 miljun għas-settur turistiku. Aqra aktar

Raġel jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat ħasil tal-flus

Oreste Zammit ta’ 61 sena mill-Ħamrun u huwa uffiċċjal pubbliku inżamm arrestat wara li fil-Qorti affaċċja akkużi ta’ ħasil tal-flus u li fost l-oħrajn, għamel depożiti ta’ flus kontanti li f’temp ta’ seba’ snin qabżu l-miljun u tmien mitt elf ewro. Dan meta dħul leġittimu tiegħu jammonta għal madwar mija u sittin elf ewro f’seba’ snin.Aqra aktar

Send this to a friend