One News – Page 22 – One News

One News

Notifiki

“Napprezzaw ferm l-isforzi tan-negozji u tal-ħaddiema tagħhom matul l-imxija tal-Covid-19” – il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru Carmelo Abela rringrazzja lis-setturi kollha tan-negozju u lill-ħaddiema tal-isforzi tagħhom tul l-imxija tal-COVID-19. Kien grat ukoll għall-kontribuzzjoni tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija li mxiet skont il-patt soċjali li ntlaħaq bejn il-gvern u s-sħab soċjali, partikolarment l-għotja tal-pagi matul l-imxija tal-COVID-19. Nhar il-Ħamis, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, Carmelo Abela, flimkien mad-Direttur Ġenerali Diane Vella Muscat kienu l-mistednin prinċipali tal-ewwel Q&A webinar organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija.Aqra aktar

Il-Malta Red Cross tniedi kors online tal-ewwel għajnuna minħabba l-pandemija

Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, ġie spjegat li waqt emerġenza, 90% tal-ħajjiet jiġu salvati minn persuni li m’għandhom l-ebda taħriġ mediku. Għaldaqstant, bl-iżviluppi riċenti fir-rigward tal-pandemija, l-għaqda ħadet il-pass li tniedi mod innovattiv kif twassal taħriġ tal-ewwel għajnuna lill-pubbliku.Aqra aktar

Ann Fenech u Paul Borg Olivier jattakkaw lill-Gvern talli mhux idaħħal immigranti f’pajjiżna

L-eks President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech u l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier qed jattakkaw lil Gvern talli mhux idaħħal immigranti f’pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend