L-avukati tan-negozjant Yorgen Fenech, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca mistennija jitressqu l-Qorti fuq allegat każ ta’ tixħim.Aqra aktar

L-avukati tan-negozjant Yorgen Fenech, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca mistennija jitressqu l-Qorti fuq allegat każ ta’ tixħim.Aqra aktar
“Fuq livell Ewropew nistgħu nnaqqsu r-rata ta’ kanċer b’40%. Fil-Parlament Ewropew qegħdin naħdmu fuq pjan komuni bejn l-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-Kanċer. Irridu nnaqqsu l-piżijiet fuq il-pazjenti, il-familji tagħhom u s-sistemi tas-saħħa nazzjonali. Hemm bżonn li ningħaqdu flimkien biex ikun hemm iktar sapport u kooperazzjoni fuq livell Ewropew fil-ġlieda tagħna kontra l-Kanċer.” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer hu u jindirizza Konferenza organizzata min-‘National Cancer Platform’ b’tema relatata mal-pazjent tal-Kanċer f’dawn iż-żminijiet straordinarji. Il-Konferenza qed tikkommemora il-Jum Dinji għall-Kanċer.
Engerer tkellem fuq l-isfidi kbar li qeghdin jgħaddu minnhom l-pazjenti tal-Kanċer u l-familji tagħhom waqt il-Pandemija tal-COVID-19. Tkellem fuq trattamenti tal-Kanċer li ġew miċħuda jew posposta, fuq il-vulnerabilità’ ta’ pazjenti li qeghdin jieħdu trattamenti u mediċini li jaffetwaw is-sistema immunitarja u l-fatt li dawn il-pazjenti ma setgħux jistrieħu u jsibu l-wens fi qrabathom u ħbieb kif kienu jagħmlu qabel.
Is-Superdraw tal-EuroMillions se tittella’ nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, bil-jackpot inkredibbli ta’ €130 miljun li jista’ faċilment jispiċċa għand xi ħadd b’xortih tajba minn Malta jew Għawdex.
Sew jekk inti dilettant tal-lotteriji, kif ukoll jekk għadek ġdid għal din il-logħba, m’hemmx żmien aħjar biex takkwista iċ-ċans tiegħek u tittanta xortik. Int tista’ tkun il-multimiljunarju li jmiss ta’ Malta!
Dan għaliex Lottoland qed tagħti opportunità lill-klijenti ġodda kollha li jittrasformaw €3, f’€130 miljun bi 3 ċansijiet.
Jiswa €3 biss biex tilgħab għall-jackpot ta’ €130 miljun tal-EuroMillions, u bihom tilgħab f’logħba standard waħda flimkien ma’ tnejn b’xejn, biex b’hekk prattikament jittripplika ċ-ċans tiegħek li tirbaħ il-premju b’disa’ ċifri.
Kif għandek tagħmel
1. Irreġistra ma’ Lottoland billi tuża din il-ħolqa
2. Agħżel in-numri tiegħek tal-EuroMillions
3. Se tħallas biss €3
Il-lotterija tittella’ nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar fid-21:00
Il-EuroMillions ilha popolari f’Malta minħabba l-probabbiltajiet ta’ rebħ fantastiċi tagħha u għaliex għandek ċans ferm akbar li tirbaħ il-jackpot.
Biex tilgħab sempliċiment tagħżel 5 numri mill-1 sal-50 u 2 numri oħrajn mill-1 sat-12. Jekk taqta’ s-7 numri tirbaħ il-jackpot!
Is-Superdraws jiggarantixxu jackpots enormi b’disa’ ċifri, irrispettivament minn jekk il-premju l-kbir intrebaħx jew le fit-tlugħ ta’ qabel. Is-Superdraws jaħdmu taħt l-istess regoli bħal dawk tal-EuroMillions regolari u l-unika differenza hija d-daqs tal-jackpot iggarantit.
Sal-lum, il-parteċipanti f’Lottoland globalment rebħu aktar minn €2.8 biljun. Il-kumpanija hija l-akbar kumpanija tal-logħob tal-lotteriji online tad-dinja u tittratta lill-klijenti tagħha bħala miljunarji kemm jekk jirbħu kif ukoll jekk le.
Lottoland.mt hija operata minn European Lotto and Betting Limited u hija lliċenzjata mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, numru tal-liċenzja MGA/B2C/609/2018. Il-promozzjoni hija disponibbli għal parteċipanti ġodda biss. Il-parteċipanti għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Il-promozzjoni tista’ tissarraf darba għal kull parteċipant. Ir-rebħiet minn din l-offerta jitħallsu bħala flus (u mhux flus bħala bonus). Dawn it-termini huma supplimentari mat-Termini u Kundizzjonijiet Promozzjonali ta’ Lottoland li jinsabu hawn.
Il-logħob tal-azzard jista’ jkun ta’ ħsara jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b’mod responsabbli. Għall-għajnuna żur rgf.org.mt.
F’sessjoni oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi l-Erbgħa wara nofshinar ġie diskuss il-kuntratt tal-Electrogas, fejn ix-xhud ewlieni tal-lum kien David Galea li kellu l-irwol ta’ Project Manager fil-proġett tal-powerstation ta’ Delimara.
Il-Prim Ministru Robert Abela ġie preżentat b’dokument imħejji mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija Maltija b’għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar ix-xiri pubbliku.
Id-dokument ġie preżentat lill-Prim Ministru waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Berġa ta’ Kastilja.
Simar Halil Hannan, Sirjan ta’ 26 sena residenti l-Mosta, ingħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ raġel ieħor ta’ 29 sena f’garaxx fi Triq il-Kappara.
Fil-Qorti ntqal li qam argument peress li ż-żewġt irġiel huma kompetituri ta’ xulxin f’negozji differenti tal-aluminum.
Anthony Delia ta’ 47 sena mill-Isla, l-Isqalli Rosario Posata ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar u Giuseppe Schepis ta’ 29 sena, inżammu arrestati ċaħdu akkużi b’rabta ma’ traffikar tad-droga.
Dawn l-imputati huma tlieta minn erba’ persuni li ġew arrestati mill-Pulizija wara rejd li fih instabu wieħed u għoxrin kilo ta’ kannabis fi fridge li kienet ġo vann fil-Furjana. Il-valur fit-triq ta’ din id-droga huwa ta’ erba’ mija u għoxrin elf ewro.
Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u disgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija tmienja u tletin każ minn fost elfejn, disa’ mija u tlieta u sebgħin test.
Raġel indarab gravi wara inċident bil-mutur fil-Gudja.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq Ħal Tarxien, Gudja.Aqra aktar
Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta u kwart fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun, innota li kien hemm inċident tat-traffiku.
Send this to a friend