One News – Page 17 – One News

One News

Notifiki

Miriam Dalli f’kampanja favur il-bdiewa u raħħala

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli ingħaqdet mal-organizazzjoni ambjentali Friends of the Earth Malta (FoEM) f’appell biex konsumaturi jixtru prodotti agrikoli lokali.

F’messaġġ li fih ingħaqdu numru ta’ bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin, konsumaturi ntalbu jappoġġjaw is-settur agrikolu lokali u b’hekk jagħtu għajnuna diretta lill-ekonomija lokali u lil min jaqla’ l-għixien tiegħu minn dan is-settur.

Aqra aktar

Kumpanija tal-farmaċewtika f’Malta tagħti donazzjoni ta’ €50,000 biex jingħata ikel lil dawk fil-bżonn

Il-Kumpanija tal-farmaċewtika Novartis, għadha kemm ħabbret li tat donazzjoni ta’ €50,000 lill-Malta Trust Foundation, b’appoġġ għall-Food Aid Project.

Il-Food Aid Project ġie stabbilit mill-Malta Trust Foundation wara li din irċeviet għadd kbir ta’ talbiet minn familji fil-bżonn li huma fost dawk l-aktar milquta f’Malta minħabba s-sitwazzjoni tal- COVID-19.

Aqra aktar

Il-Professur Ian Refalo jinħatar President tal-MCAST

Fi stqarrija l-Gvern ħabbar li ħatar lill-Professur Ian Refalo bħala President tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija (MCAST).

Il-Professur Refalo huwa Professur tal-Liġi Pubblika u serva għal diversi snin bħala Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta.

Huwa jokkupa l-pożizzjoni ta’ Professur Ad Personam Jean Monnet fl-Università ta’ Malta.

Aqra aktar

Ir-rilokazzjoni tal-immigranti għadha kwistjoni mhux solvuta

Waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin ħareġ li l-kwistjoni ta’ 160 immigrant li jinsabu fuq dgħajjes fil-baħar, wara li ġew salvati, għadha mhux solvuta.

Il-Ministru Bartolo nnota wkoll iż-żieda ta’ 300% ta’ wasliet ta’ immigranti wara l-kriżi umanitarja li hemm fil-Libja.

F’dan il-kuntest, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà Josep Borrell tkellem dwar l-isfidi li qed taffaċċja Malta b’rabta mal-immigrazzjoni u kif l-kwistjoni tal-operazzjoni Irini għadha mhiex solvuta.

Malta mhux se tipparteċipa fl-operazzjoni Irini u ntqal kif ma’ din l-operazzjoni hemm bosta kwistjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo saħaq ukoll li Malta għandha tingħata aktar għajnuna mill-Unjoni Ewropea sabiex tgħin lil-Libja, speċjalment fuq l-aspett mediku minħabba l-imxija tal-COVID-19.

Intant, il-Ministru Bartolo nnota li fl-Afrika sebgħa u għoxrin miljun persuna spiċċaw fil-faqar minħabba d-diffikultajiet li ġabet magħha din il-pandemija.

Il-Ministru Bartolo stqarr li l-jiem li għaddew kienu diffċili ferm għal-Libja u li din hija kriżi umanitarja.

Huwa semma l-importanza sabiex il-pajjiżi jaħdmu id f’id mal-Ġnus Magħquda biex tkun tista’ tiġi mgħejjuna l-Libja.

F’dan il-kuntest tenna li Malta talbet lill-Unjoni Ewropea tagħti mal-mitt miljun ewro f’għajnuna lil-Libja.
Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ddiskutew ukoll il-proċess ta’ paċi fl-Lvant Nofsani, fejn Malta tenniet il-pożizzjoni tagħha u appellat sabiex l-Unjoni Ewropea tiddiskuti aktar mal-imsieħba f’dan ir-reġjun.

Send this to a friend