One News – Page 13 – One News

One News

Notifiki

Fiequ 146 persuna mill-covid-19 u feġġew 202 każijiet

Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u sitta u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mitejn u żewġ każijiet minn fost tlett elef, mitejn u sitt testijiet.

Dan ifisser li tlieta u disgħin punt sebgħa fil-mija mija tat-testijiet li saru ġew negattivi u sitta punt tlieta fil-mija ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru aktar minn sitt mija u disgħa u tletin elf, disa’ mija u ħamsa tletin test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw wieħed u erbgħin elf, mitejn u ħamsa u tmenin tilqima. Minnhom, ħdax-il elf, u ħamsin persuna, ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ anzjani li kienu pożittivi għall-Covid-19 fosthom anzjana ta’ ħamsa u tmenin sena u anzjan ta’ wieħed u tmenin sena.

Waqt pandemija l-Qorti t’Għawdex baqgħet taqdi l-funzjoni tagħha

Fi stqarrija maħruġa Ministeru għall-Ġustizzja qal li minkejja li l-pajjiż, bħall-kumplament tad-dinja, kien għaddej minn pandemija, il-Qorti ta’ Għawdex xorta waħda baqgħet għaddejja bil-ħidma billi baqgħu jsiru s-seduti regolarment. Dan intqal b’referenza għall-istqarrija li l-Oppożizzjoni ħarġet aktar dwar il-bini tal-Qorti f’Għawdex.Aqra aktar

Konferma li l-ġurnalista ta’ NET staqsiet li riedet

Deċiżjoni tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkonfermat li l-ġurnalista ta’ Net News għamlet il-mistoqsijiet kollha li riedet lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri. Dan anke jekk sostniet mod ieħor u marret tagħmel ilment għand l-Istitut għall-Ġurnalisti Maltin.Aqra aktar

Send this to a friend