One News – Page 10 – One News

One News

Notifiki

Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Andrea Bocelli għażel lil Malta bħala bażi ewlenija tal-proġett ġdid tiegħu

Fil-jiem li għaddew, Malta laqgħet lit-tenur ta’ fama internazzjonali Andrea Bocelli, hekk kif għażel lil pajjiżna bħala l-bażi ewlenija tal-proġett ġdid tiegħu. Proġett li ġie kkoordinat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA.

B’kollaborazzjoni mal-Mediterranean Tourism Foundation u l-MTA, it-tenur Andrea Bocelli għażel xeni spettakolari minn diversi postijiet madwar Malta biex ikunu parti minn dan il-proġett li se jkun varat uffiċjalment fi ftit ta’ ġimgħat oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend