Nolan Camilleri

Jitnieda proġett pilota li se jqarreb iż-żgħażagħ mal-imprenditur

B’rabta mal-ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli ġie mniedi proġett pilota li ser joffri esperjenza unika liż-żgħażagħ ma’ imprendituri lokali.

Il-proġett, li hu l-ewwel tat-tip tiegħu ser jibda fil-lokalità taż-Żurrieq fejn żgħażagħ li huma interessati fl-imprentidorjat jiksbu kuntatt dirett ma’ imprendituri f’oqsma li huma interessati fihom.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-pitturi fil-koppla tal-Bażilika ta’ Birkirkara ġew irrestawrati b’ fondi ewropej

Il-Bażilika ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara qed tgawdi minn restawr tal-pitturi tal-koppla, b’investiment ta’ aktar minn mija u sittin elf ewro, ftit minnhom ġejjin minn fondi ewropej.

Dawn ġew inawgurati l-Ħadd, u huma xogħol l-artist Taljan Virginio Monti. Ir-restawr beda fl-2019 u kien fdat f’idejn il-kumpanija maltija Atelier del Restauro li sabet kif tlett fatturi li affettwaw x-xogħol artistiku b’mod negattiv. L-osservazzjonijiet innutaw ukolld kif attentati ta’ restawr passati kienu ħallew impatt negattiv.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jintemm b’suċċess kors għal tfal b’diżabilità f’Għawdex

Il-kors intensiv għat-tfal b’diżabilità f’Għawdex organizzat minn Voice for Inclusion Gozo u Hand in Hand u b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex intemm b’suċċess.

Waqt żjara li għamel il-Ministru għal Għawdex mal-Ministru għall-Inklużjoni ġie nnotat il-progress tat-tfal, li grazzi għal dan il-kors tejbu l-mod kif jikkomunikaw.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ftehim li ser jara aktar xogħlijiet infrastrutturali u ta’ tiswija f’diversi lokalitajiet

Ġie iffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali sabiex id-dipartiment jimplimenta xogħlijiet u proġetti fil-lokalitajiet.

Hawn ġie spjegat kif dan ikompli jgħaqqad mal-appoġġ li l-Gvern jagħti lil Kunsilli Lokali b’mod kontinwu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, Mario Fava spjega kif permezz ta’ dan il-ftehim ser issir tiswija xogħol infrastrutturali mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Aqra aktar

Tingħata sentenza sospiża wara li ammettiet li ħebbet għar-raġel tagħha u waddbitlu tazza mkissra

Saida Agius Idy ta’ 42 sena ngħatat sentenza sospiża wara li ġiet akkużata li volontarjament ikkawżat ġrieħi gravi fuq ir-raġel tagħha nhar il-11 ta’ Settembru filgħodu.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija marru fuq il-post wara li rċeviet telefonata u meta waslu fuq il-post huma sabu ammont sostanzjali ta’ demm barra u ġewwa r-residenza. Fost l-oħrajn il-Prosekuzzjoni spjegat kif allegatament twaddab mug imkisser lejn il-vittma.

Għaldaqstant, il-Prosekuzzjoni argumentat favur sentenza sospiża fil-konfront tal-imputata. Minn naħa l-oħra d-difiża stqarret kif kienet propju l-akkużata li għamlet it-telefonata filwaqt li qalet kif hi kienet imweġġa’ u sabet l-ewwel ħaġa li sabet waddbitha lejn Ranier Agius.

L-imputata li hija mill-Marokk u titkellem bil-Malti wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

B’hekk il-Qorti ddeċidiet li tagħti sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn filwaqt li ħarġet ordni biex ma tagħmilx kuntatt mar-raġel tagħha għal sena, b’garanzija ta’ €500.

Send this to a friend