Bħalissa kulħadd ifittex il-pokemon. Smajt bi stejjer li barra minn Malta kien hemm min ħabat bil-karozzi, xi ħadd kaxkar xi stage miegħu u f’Malta, min taparsi sab wieħed f’xi wc f’Għawdex. Kulħadd iridu lil Pokemon. Nammetti li l-logħba, jekk trid isejjħilha hekk, għadni ma fhimtiex mija fil-mija u miniex ċert lanqas jekk hux din il-fuss li hawn fuqha hux esaġerat, iżda bħal kollox, illum pokemon, ilbieraħ yolo, ilbieraħt’lura planking u d-dinja sejra hekk.
Pero f’Malta qed nilgħabu logħba oħra wkoll. Dejjem inkunu avant garde aħna. Qed nippruvaw inftttxu l-kredenzjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni.