Sinċerament minkejja li issa reġa’ beda l-futbol fuq it-televixin xorta waħda m’hemm xejn isbaħ milli tiftaħ borża popcorn jew naqra karawett u toqgħod taqra u tara dak li għaddej l-istamperija, jew dak li fadal minnha.
Sitwazzjoni fejn eks-Deputati tal-PN jibgħatu r-ritratti lill-blogger tal-ħdura li issa hemm ħafna fil-PN li qed iduqu ftit minn dak li ilhom iduqu bosta Laburisti għal snin twal, fuq delegati tal-PN stess. Sitwazzjoni fejn għaddejjha kampanja ċara u b’għanijiet aktar ċari biex ikun imminat Adrian Delia mit-tellieqa, tant li nħatar ‘kumitat fallaċi’ immexxi mill-mentor ta’ Simon Busuttil, Louis Galea u l-eks-pro-Rettur Maryanne Lauri li ħadmet tant ma’ Busuttil spalla ma’ spalla sa ftit xhur ilu u li se jagħtu risposta huma dwar il-futur ta’ Delia stess.