Mela llbieraħ fil-Qorti, Jason Azzopardi qajjem pandemonju għax skontu peress li jiena person of trust, ma nistax nikteb l-opinjonijiet tiegħi fuq dan il-portal. Sab blog li ktibt fuq Godfrey Leone Ganado u qal li bih kont attakkajt lil Leone Ganado. Fid-dagħdiha li kellu qas induna li l-blog li kkwota minnu kien blog li fih ikkritikajt lil Ganado għax attakka lit-tifla tal-eks-Prim Ministru Joseph Muscat għax tkellmet fuq dak li għaddew minnu ommha u missierha. Għax dawn huma biss jaħsbu li jistgħu jbexxqu ħalqhom u jlissnu l-kliem li jridu! Kemm sejjer żball.
