Nicole Buttigieg – Page 98 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Reenactment fl-okkażjoni tal-75 sena mill-Konvoj ta’ Santa Marija

Mal-mitt elf persuna jżuru l-Lascaris War Rooms fis-sena. Wieħed mill-erbgħa u għoxrin siti l-aktar popolari li għandha l-fondazzjoni Wirt Artna.

Dan ix-shelter jinsab fil-Belt Valletta u jieħu lura lill-pubbliku fi żmien il-gwerra.

Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali hija l-“Fighter operation room”. Din kienet tintuża tul l-aħħar gwerra dinjija biex tikkordina difiża tal-ajru fi żmien it-tieni gwerra dinjija meta Malta kienet tkun attakkata mill-ajru.

Aqra aktar

Diskuss l-irwol tal-Kunsilli Lokali

Sar studju dwar il-vijabilità ta’ ċentri reġjonali mħaddma mir-reġjuni lokali li kien ippreżentat lill-gvern.

Dan irriżulta f’laqgħa li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali, Silvio Parnis, kellu mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali fejn kien ikkonfermat li r-reġjun tax-xlokk ressaq dan l-istudju fuq proġett maħsub bl-isem ta’ reach out.

Il-ħsieb nibet mill-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali li ħarġet bl-idea li f’kull wieħed mir-reġjuni li hu mqassam fihom pajjiżna jkun hemm ċentru ta’ dan it-tip.

Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, spjega l-effett li jħallu f’ħajjet ir-residenti ċentri bħal dawn jekk kemm-il darba jsiru.

Aqra aktar

“Dan il-Gvern qed jaħdem biex ikollna pajjiż li huwa lest għall-futur”

“Il-Gvern kompla jimplimenta, pjan ċar li beda fil-leġislatura li għaddiet sabiex nkomplu nimmodernizaw l-pajjiż u issa nippreparaw lill-pajjiżna għall-futur.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxejn Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq One Radio fejn kompla jispjega l-viżjoni tiegħu biex ikollna pajjiż li huwa lest għall-futur.

Ħidma li fost l-oħrajn hija ffukata sabiex l-infrastruttura sservina mhux biss għal-lum u għal għada imma għas-snin li ġejjin.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar b’sit elettroniku ġdid

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tippjana li nofs il-ħaddiema minn tliet mija tmienja u erbgħin impjegat tagħha, jibdew jaħdmu minn djarhom.

Pass li jista’ jsir hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar nediet sit elettroniku ġdid, li fost l-oħrajn jagħti faċilità lill-ħaddiema jaħdmu minn fuq is-sit fil-kumdità ta’ djarhom.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li sa issa diġà hemm għoxrin impjegat li qed jaħdmu bl-iskema tat-teleworking . Filwaqt li ssaħħaħ l-impenn tal-awtorità li tkun aktar flessibli mal-impjegati tagħha.

Aqra aktar

Proċess ta’ konsultazzoni dwar postijiet li jiġu ‘dominju pubbliku’

L-Awtorita tal-Ippjanar għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkollna siti li jiġu meqjusa bħala dominju pubbliku .

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg spjega li l-Awtorità qed tilqa’ diversi suġġerimenti mingħand il-pubbliku dwar is-siti proposti u qed jiġi indirizzat t-tħassib tal-pubbliku f’ċerti każi.Aqra aktar

Ivan Grech b’kunċert għal ALS Malta

L-istaġun tas-sajf huwa magħruf għal għadd ta’ attivitajiet li jsiru, fosthom numru ta’ kunċerti.

Wieħed minn dawn il-kunċerti huwa dak ta’ Ivan Grech.

Kunċert li ser isir nhar il-Tlieta f’Ta Liesse l-Belt Valletta. Il-flus li se jinġabru minn dan il-kunċert se jmorru kollha għal ALS Malta

Aqra aktar

L-Imnarja; festa tradizzjonali għall-familja kollha

Il-Ħamis li ġej se tkun qed tiġi ċċelebrata il-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Festa li tibda tiġi ċċelebrata mill-Erbgħa filgħaxija.

Il-Festa tal-Imnarja tibda l-Erbgħa fis-sitta ta’ filgħaxija, b’parata minn mis-Saqqajja u minn hemm jibqgħu deħlin il-Buskett fejn jingħata bidu għall-Imnarja.

Aqra aktar

Send this to a friend