Nicole Buttigieg – Page 97 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Iffirmat ftehim kollettiv mal-Unjin tal-Cabin Crew

Iffirmat l-ftehim kollettiv li intlaħaq bejn l-Air Malta u l-Unjin tal-Cabin Crew. Ftehim milħuq li sab l-appoġġ tal-maggoranza assoluta tal-ħaddiema.

In-negozzjar tal-ftehim kollettiv li sar mill-President Emeritus George Abela, ilaqqa’ żewġ kunċetti importanti għall-ħaddiema – il-flessibilita’ u l-produttivita’ għall-kumpanija.

Fost oħrajn, il-ħaddiem tal-cabin crew se jaraw zidiet fil-pagi tagħhom. Se jkun hemm in-nies fuq it-titjira li minn ħames membri se jinzlu għall-erba, u se jkun hemm kontroll aħjar tas-servizz.

Noel Mercieca President tal-Unjin tal-Cabin Crew wera s-sodisfazzjoni tiegħu tal-ħaddiem għal dan il-ftehim kollettiv.Aqra aktar

Brussell l-uniku qbil ta’ Busuttil u Delia

 

  • VIĊIN FTEHIM BIEX JIKKONTESTA L-ELEZZJONIJIET TAL-MEPS

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, u l-Kap ta’ qablu, Simon Busuttil, jidher li qed jaqblu fuq ħaġa waħda. Dik li l-karriera politika ta’ Simon Busuttil għandha tissokta Brussell billi dan jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Simon Busuttil li tul is-snin dejjem kien imbuttat mill-establishment tal-Partit Nazzjonalista spiċċa sofra l-ikbar disfatta politika fl-istorja tal-istess partit bit-tmexxija tiegħu tfisser telfa wara l-oħra u saħansitra partit fallut. Għaldaqstant qed iqis li l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, fejn x’aktarx iġib ammont ta’ voti minħabba li huwa eks Kap, tkun l-okkażjoni fejn jinġabar xi ftit.Aqra aktar

Tinstab binja temporanja għall-ITS

L-Istitut tal-Istudji Turisti ser jimxi għall-bini l-antik tal-Air Malta f’Ħal Luqa. Dan sakemm jitlesta ix-xogħol fuq il-campus tal-Istitut turistici, li kif tħabbar se jimxi għal Smart City.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru ghat-turizmu Konrad Mizzi. Il-Ministru spjega kif fil-binja temporanja, l-istudenti se jkollhom il-faċilitajiet edukattivi miħbura taħt saqaf wieħed. Qabel ma ittieħdet id-deċiżjoni li l-kampus temporanju jimxi għall-building tal-eks uffiċini tal-Air Malta – ġew ikkunsidrati siti oħra fl-Imtarfa, Marsa, Floriana u viċin l-White Rocks f’San Ġiljan.

Il-Ministru Konrad Mizzi spjega kif waslu fl-aħħar stadji id-diskuzzjonijiet bejn il-Gvern u Smart City, sabiex il-gvern jieħu art fi Smart City u jinbena l-campus tal-ITS hemmhekk. Il-Kampus il-ġdid mistenni jkun lest sal-2021. Hemhekk se jkunu qed jiżdiedu l-faċilitajiet għall-istudenti u l-Kampus se jkun qed jilqa’ mal-2000 student.

Tfal jitolbu kupuni tas-supermarket bħala riġal għall-Milied

Żmien il-Milied iġib miegħu ferħ fost it-tfal, li fl-okkażjoni ta’ din il-festa jkunu jinsabu ħerqana jistennew rigal mill-qraba tagħhom.

Iżda din ix-xorti ma tmissx lit-tfal kollha bl-istess mod.

Bil-għan li dan il-Milied tnissel tbissima fuq tfal vulnerabbli, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali nediet il-kampanja “Children’s Dream”, bit-tema – ‘B’rigal, tista’ tagħti Milied imsaħħar lil tfal fil-bżonn.’Aqra aktar

Żvelati d-deputati li lesti jisfiduċjaw lil Delia

Żvelati is-sbatax-il deputat Nazzjonalista li lesti jisfiduċjaw lill-Kap Adrian Delia.

L-ismijiet tad-deputati huma miktuba fuq karta li saħansitra waslet għand Adrian Delia u waslet ukoll għand il-gazzetta KullĦadd.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif id-deputati li lesti jisfiduċjaw lil Delia huma Karol Aquilina, Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Ivan Bartolo, Simon Busuttil, Ryan Callus, Therese Comodini Cachia, Maria Deguara, Beppe Fenech Adami, Karl Gouder, Claudio Grech, Marthese Portelli, Chris Said, David Stellini u Edwin Vassallo.

Dawn huma lkoll deputati li jew fil-miftuħ m’appoġġjawx lil Delia jew saħansitra, erbgħa minnhom, sabtulu l-bieb f’wiċċu meta ġie biex jitlob siġġu biex ikun jista’ jidħol fil-Parlament.

Aqra aktar

Il-Malta Innovation Summit f’pajjiżna

Persuni li jaħdmu fil-qasam tal-innovazzjonali kemm lokali kif ukoll internazzjonali inġabru f’pajjizna għal Malta Innovation Summit. Summit li ddiskuta l-isfidi u l-futur tas-settur.

Il-Malta Innovation Summit ttella’ mill-kumpanija NetRefer, kumpanija li fetħet f’pajjiżna fl-2005.

Timothy Buttigieg, Chief Operating Officer ta’ Netrefer spjega kif il-kumpanija għandha mal-mitt klijent internazzjonali kemm fil-qasam tat-teknologija, innovazzjoni u iGaming.

Il-kumpanija Netrefer tipprovdi software lill-kumpaniji tal-iGaming.

Buttigieg kellu kliem pożittiv għal kif is-settur tal-Gaming qed jikber f’pajjizna u aktar kumpaniji qed jagħzlu li minħabba l-qagħda ekonomika ta’ pajjizna jiftħu kumpanija tal-gaming f’Malta.

B’aktar xogħol fis-settur illum il-ġurnata l-kumpanija timpjega mat-tmenin impjegat. Iżda sa tmien snin ilu, kienu biss ħmistax-il impjegat jaħdmu fi ħdan il-kumpanija.

Waqt li kien qed jindirizza l-ewwel summit iddedikat għall-innovazzjoni organizzat, għall-ewwel darba, mill-kumpanija NetRefer, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri spjega kif fil-budget tas-sena d-dieħla, il-Gvern alloka żewġ miljuni u mitejn elf ewro għar-riċerka u l-innovazzjoni. Silvio Schembri spjega li l-fondi huma mmirati biex jgħinu lil riċerkaturi, start-ups u konsorzji fi proġetti marbuta ma’ riċerka u innovazzjoni, xi ħaġa li se tgħin għal iżjed opportunitajiet fin-negozju u l-ħolqien t’iżjed impjiegi f’pajjiżna.

‘Konna innovattivi diġà għaliex sirna l-ewwel pajjiż fid-dinja li beda juża t-teknoloġija blockchain u dan billi ċ-ċertifikati edukattivi tal-istudenti jkunu diġitalizzati permezz ta’ din it-teknoloġija’, qal Silvio Schembri filwaqt li żied li Gvern qed iħares li jħaddan din it-teknoloġija, dan permezz t’investiment f’laboratorju nazzjonali ddedikat għat-teknoloġija blockchain, fi programmi ta’ taħriġ għall-ħaddiema fis-settur pubbliku sabiex jiffamiljarizzaw ma’ din it-teknoloġija, kif ukoll li pajjiżna jkollu post iddedikat għall-blockchain biex jgħin lil start-ups jużaw din it-teknoloġija.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ NetRefer, Raphael Arnold, spjega li l-għan ta’ The Malta Innovation Summit hu li joffri pjattaforma ideali sabiex jixpruna l-innovazzjoni fuq livell lokali u internazzjonali, kif ukoll biex dawk kollha involuti f’dan il-qasam ikollhom iċ-ċans biex taħt saqaf wieħed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, ideat, proċessi, u l-aqwa prattiċi. Il-Kap Eżekuttiv ta’ NetRefer spjega li l-idea tas-summit ħarġet mill-entużjażmu tal-ħaddiema stess fi ħdan il-kumpanija u li għandhom għal qalbhom l-innovazzjoni.

The Malta Innovation Summit hija l-ewwel konferenza tax-xorta tagħha f’pajjiżna mmirata li tixpruna l-innovazzjoni. Is-summit kien indirizzat minn għadd ta’ kelliema fosthom il-Professur Edward de Bono li qasam il-viżjoni tiegħu ta’ kif Malta tista’ tkun iċ-ċentru għall-innovazzjoni fuq livell internazzjonali.

Jigradwaw 260 uffiċjal pubbliku

Mitejn u sittin uffiċjal pubbliku temmew b’suċċess korsijiet li ġew offruti lilhom mill-Istitut għas-Servizzi pubbliċi li se jsaħħulhom il-kapaċitajiet amministrattivi u maniġerjali tagħhom.

Il-Korsijiet li huma rikonoxxuti minn istituzzjonijiet edukattivi u t-tagħlim li kisbu qed juzawh fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

L-Istitut jipprovdi taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi bi sbuħija mal-Università ta’ Malta u mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija.

Wieħed mill-korsijiet li fih gradwaw mal-mija sitta u ħamsin uffiċjal pubbliku, kien dak fil-qasam r-regolamenti ta’ xiri pubbliku. Il-kors l-ieħor kien dak dwar l-Public Management Toolkit, li fih gradwaw mal-mija u erbgħa uffiċjal pubbliku.

Il-korsijiet huma rikonoxxuti minn istituzzjonijiet edukattivi. Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, l-uffiċjali pubbliċi kienu sodisfatti li bit-taħriġ li ngħataw mhux biss tejbu l-ħiliet tagħhom, imma l-għarfien li kisbu qed juzawh fil-prattika fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

L-Istitut għas-servizzi pubbliċi li twaqqaf is-sena li għaddiet, qed joffri t-taħriġ ukoll lil tlett elf seba mija elf erba u sittin persuna li jaħdmu mal-gvern. Istitut li qed ikompli jsaħħaħ fuq it-taħriġ li kienu jingħataw qabel l-uffiċjali pubbliċi.

Il-Kap taċ-Ċivili Mario Cutajar tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Gvern ikompli jinvesti fil-ħaddiema tiegħu.

Send this to a friend