Nicole Buttigieg – Page 95 – One News

Nicole Buttigieg

Sittax-il laboratorju akkreditat

Il-Laboratorju tal-MCCAA huwa fost is-sittax il-laboratorji li ġew akkreditati mill-Bord tal-Akkreditazzjoni Nazzjonali.

Ċertifikat mingħand dan il-Bord ifisser li l-laboratorji qed iħaddnu l-ogħla standards u prattiċi.

Aqra aktar

Investiment ta’ €5 miljuni fil-Biċċerija tal-Marsa

B’investiment ta’ €5 miljun fil-Biċċerija tal-Marsa għaddej investiment ma jaqta’ xejn sabiex jinbidlu l-faċilitajiet u l-apparat li jintuża għall-qatla tal-annimali.

Sa diġà nbidlet is-sistema tad-drenaġġ, is-sistema ta’ fejn jinġabar l-ilma tax-xita u s-sistema tal-arja kkundizzjonata.
Aqra aktar

Laboratorju f’Mater Dei akkredidat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Il-Laboratorju tal-Viroloġija tal-Isptar Mater Dei ġie akkredidat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

Dan huwa wieħed mill-laboratorji li jaqa’ taħt id-dipartiment tal-Patoloġija, hu janalizza testijiet tal-mikropi li jittieħdu minn viruses fosthom influwenza, ħożba u ħożba Ġermaniza.

Chris Barbara, direttur tal-patoloġija, qal li minn Settembru ‘l hawn sabu tmien każijiet tal-influwenza. It-tilqima bdiet tingħata diġa u qed nsibu li H13 li diġa qeda fit-tilqima.

Aqra aktar

Jinvestigaw il-ħela ta’ ikel

75 student tal-ħames sena sekondarja, ġejjin minn 25 skola differenti minn madwar Malta u Għawdex, ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Malta Junior Science Olympiad.

L-istudenti riedu jagħmlu esperiment xjentifiku u jinvestigaw il-ħela tal-ikel f’termini bioloġiċi, kimiċi u fiżiċi. Per eżempju ltqajna ma’ studenti li kienu qed jaħdmu fuq espertiment tal-kimika biex jiskopra l-konċentrazzjoni ta’ ħall fl-ikel.

Ix-xogħol li wettqu l-istudenti se jiġi analizat, kif spjegalna Joseph Cutajar – Uffiċjal Edukattiv fi ħdan id-dipartiment tal-imaniġġjar tal-kurikulum fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Minn dawn l-investigazzjonijiet, l-scripts jiġu ikkoreġuti u min ġab l-ogħla marka fl-inqas ħin ikun rebbieħ.

Il-kompetizzjoni ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva u l-għan tagħha huwa li izied l-imħabba tal-istudenti lejn ix-xjenza.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar din l-attività fejn tkellem mal-istudenti dwar l-esperimenti li bdew janalizaw u awguralhom kull suċċess.

Aqra aktar

“Huwa ċar li m’hemmx problema li nsibu impjieg alternattiv għall-ħaddiema kollha”

Kien kliem il-Ministru Chris Cardona, wara l-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema f’madwar tletin impjant tagħha madwar l-Ewropa, inkluz f’pajjizna.

Quddiem din l-aħbar kiefra għall-ħaddiema, il-messaġġ tal-Gvern kien wieħed ċar li ħadd mill-ħaddiema m’hu se jagħmel jum wieħed mingħajr impjieg. Filfatt il-Gvern jinsab f’kuntatti ma’ kumpaniji oħra fis-settur tal-farmaċewtika li lesti jħaddmu lil dawn il-ħaddiema.

Hawn tista’ ssegwi kliem il-Ministru kif ukoll dak li kellu xi jgħid iċ-chairman eżekuttiv ta’ Jobsplus Clyde Caruana.
Aqra aktar

159 telefonata KULJUM dwar il-baġit

Iktar minn 2,700 persuna ċemplu fuq il-freephone tal-baġit biex jitolbu xi tip ta’ informazzjoni.

Dan fisser medja ta’ 159 telefonata kuljum li dam miftuħ il-freephone.

Hawn tista’ ssegwi x’qalet Denyse Calleja, responsabbli minn dan il-freephone.

Aqra aktar

Ma jitilfux il-vista grazzi għal apparat ġdid

Grazzi għall-apparat li nxtara sentejn ilu u li tqiegħed fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Floriana u l-Mosta, 1,200 persuna li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete ingħataw kura mmedjata għaz-zokkor fl-għajnejn. Kura kruċjali biex dawn il-persuni ma jispiċċawx jitilfu d-dawl ta’ għajnejhom.

Fil-fatt, minn dawn kien hemm madwar 200 pazjent li kellhom bżonn kura speċjali f’Mater Dei. Il-magna li permezz tagħha jsiru dawn it-testijiet jisimha Fundus Camera u nxtrat f’Awissu tas-sena 2014. Sa issa iktar minn 8,000 pazjent għamlu t-test.

Dawn id-dettalji ingħataw mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okazzjoni tal-Jum Dinji ddedikat lid-Dijabete. Kundizzjoni komuni fost il-Maltin, tant li tolqot mat-30,000 persuna.

Aqra aktar

Aktar inċentivi biex it-tfal jaqraw

Il-kumpanija GO nediet fond b’investiment ta’ €80,000 biex iservi ta’ appoġġ għall-proġetti edukattivi u jiżdied l-interess fis-suġġetti tax-xjenza.

L-ewwel appoġġ għal ta’ dan il-fond se jkun fl-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”.
Kull librerija tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena se tingħata mitt ktieb interessanti biex it-tfal jitħajru jaqraw waqt il-ħin liberu. Il-kotba jinkludu dawk tal-ġeneru fiction u anke non fiction, u ħamin se jkunu bil-Malti, filwaqt  li ħamsin oħra jkuni bl-Ingliż.  Din l-inizjattiva se ssir b’investiment ta’ €11,000, u l-progett isir kollu tul din is-sena skolastika
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa grat ħafna lejn dan l-appoġġ li qed jingħata l-Ministeru.

“Ġewz, lewz, qastan, tin, kemm inħobbu ‘l San Martin “

Taqbila li tfakkarna fil-festa ta’ San Martin li tiġi imfakra fil-11 ta’ Novembru. Skond it-tradizzjoni din il-festa tiġi iċċelebrata fil-Baħrija permezz tal-Fiera ta’ San Martin .Kif spjegalna l-organizatur tal-attivitajiet Marvic Gauci .

“Din il-fiera kienet isir fil-Baħrija għal diversi snin, mill-1960. Kienu jtellgħu animali, ġugarelli, imbagħad il-fiera baqgħat tiżviluppa fil-popolarità”.

Kompla jispejega li “sfortunatament kien hemm tnaqqis fl-attandenza minħabba li ma stajniex nieħdu animali ħajjin allura, provajna ntuha l-ħajja”.

Aqra aktar

Send this to a friend