Nicole Buttigieg – Page 91 – One News

Nicole Buttigieg

Attitudnijiet differenti; min imur bil-provi u min le

Daphne Caruana Galizia rrifjutat li tixhed quddiem il-Maġistrat Inkwirenti.

L-editur maniġerjali tal-maltatoday kiteb li meta hu jallega jmur iressaq il-provi. Xi ħaġa li mhix qed tagħmel Daphne Caruana Galizia, li fl-artiklu tiegħu Balzan qal li din tispara bl-adoċċ.

Kiteb dwar l-attitudni differenti li kien ħa mill-blogger nazzjonalista Daphne Caruna Galizia li ikkopera mal-pulizija meta zvela l-iskandlu taz-zejt .

Balzan qal li fl-stess ġurnata li f’Jannar tal-elfejn u tlettax zvela l-iskandlu ta’ zejt mar mill-ewwel bil-fatti u dokument li kellu f’idejh għand l-assistent kummissarju Michael Cassar biex tibda l-investigazzjoni.

Għal kuntrarju Saviour Balzan qal li Caruana Galizia tispara mingħajr ma tipprova evidenza  u tagħmel l-ħsara.

Zied li huwa dritt tal-qarrej li meta jaqraw aħbar din tkun kredibbli u pruvata b’evidenza.

Aqra aktar

Se joħorġu bonds b’rati vantaġġjużi għall-pensjonanti

Fis-sajf li ġej il Gvern se joħroġ bonds b’rati vantaġġjużi għall-pensjonanti. Aħbar li niżlet tajjeb mal-pensjonanti, li issa qed jaraw żieda fil-pensjonijiet u traħħis fil-kontijiet tal-enerġija. L-isfida tal-Gvern tibqa’ li t-tkabbir ekonomiku jilħaq lis-saffi kollha tas-soċjetà. Infatti bħalissa l-Gvern qed jaħdem biex jindirizza inġustizzji, bħal per eżempju dawk tal-Korpi.

Aqra aktar

Il-Bank tal-Iżvilupp: għaliex daqshekk importanti?

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu mat-twaqqif tal-Bank Malti tal-izvilupp. Wegħda elettorali ta’ dan il-gvern, sabiex il-bank jgħin proġetti li jistgħu jkunu kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjizna.

It-tmexxija tal-bank tal-izvilupp se tkun awtonoma u indipendenti mill-Gvern. Filfatt il-Gvern se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni sabiex tintgħazel it-tmexxija tal-Bank.

Imma dan il-bank, għaliex huwa daqshekk importanti? X’differenza se jagħmel għall-pajjiż u kif inhu differenti minn  banek oħra? Tkellimna mad-Deputat Prim Ministru, Louis Grech.

Aqra aktar

Tkompli n-negattività ta’ Busuttil; jgħid li dan il-Gvern m’għamel xejn ġdid

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mar fil-każin Nazzjonalista tal-Qrendi sabiex ikompli bi dagħdigħa negattiva u l-kampanja ta’ biżà.

Waqt li indirizza lill-partitarji Nazzjonalisti, Busuttil qal li dan il-Gvern m’għamel ebda proġetti f’erba’ snin u qal li l-proġetti li ghamel dan il-Gvern saru grazzi għall-Partit Nazzjonalista.

Semma l-proġett ta’ Triq Diċembru tlettax fil-Marsa, proġett li tħalla fi stat ta’ abbandun taħt Gvern Nazzjonalista u kieku ma kienx għal dan il-Gvern, konna se nitilfu fondi Ewropej minħabba l-PN.

Semma wkoll l-interconnector u qal li hu grazzi għal PN li raħsu l-kontijiet.

Spikkaw id-dikjarazzjonijiet ta’ Kandidati Nazzjonalisti bħal Doris Borg u Charles Bonello, l-eks Assistant tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li appella lill-partitarji Nazzjonalista biex jivvutaw għall-PN sabiex isalvaw lill-pajjiżna mir-rovina li skontu għamel minn pajjiżna dan il-Gvern.

Aqra aktar

Implimentati 500 miżura ta’ simplifikazzjoni fi tliet snin

Għat-tielet sena, ġie ppubblikat id-dokument “Mizuri ta’ Simplifikazzjoni 2016” li ta rendikont tal-miżuri li ttieħdu  mill-Ministeri kollha, bil-għan li titnaqqas il-burokrazija.

Dokument li jagħti rendikont tat-twettiq ta’ 123 miżura li komplew jissimplifikaw is-servizzi governattivi tul is-sena 2016. Miżuri li huma fost 500 miżura ta’ simplifikazzjoni li ġew implimentati f’dawn it-tliet snin.

Is-Segretarju Permanenti ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, Mario Cutajar, qal li minn wegħda elettorali, saret evoluzzjoni sħiħa u għandna servizz pubbliku effiċjenti u aċċessibbli 24/7 .

Cutajar qal li fost il-miżuri ewlenin li ġew implimentati fl-2016 hemm Tnaqqis ta’ skariġġ għal persuni li jridu jiftħu negozju f’Malta permezz ta’ reġistrazzjoni elettronika minflok manwali. Bil-permess meħtieġa jinħarġu fi tliet ġimgħat minflok f’xahrejn kif kien isir qabel.

Tul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm ukoll it-tnedija ta’ 21 mobile app tas-servizzi governattivi u aktar ċentri ta’ servizz.gov li qed iservu ta’ one stop shop.

Aqra aktar

Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b’risq Puttinu

Minn ġranet impenjativi fl-uffiċċini tal-Awtorità tal-Ipjannar għal ġurnata ta’ ħasil ta’ karozzi għal għan nobbli.

L-Erbgħa filgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, flimkien mat-tmien Diretturi u assistenti Diretturi ħaslu l-karozzi tal-impjegati tal-istess awtorità.

B’kollox inħaslu aktar minn ħamsa u tlettin karozza.

Aqra aktar

Investiment fl-imħażen ta’ San Vinċenz

F’maħżen ta’ entità jew dipartiment tal-Gvern wieħed isib oġġetti, apparat u ħtiġijiet oħra b’valuri li jkunu jlaħħqu l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro, jekk mhux miljuni, imħallsa mit-taxxi tal-poplu.

Għalhekk il-ħtieġa li jinżamm rendikont bis-serjetà fejn kollox ikun dokumentat bl-ikbar trasparenza u serjetà.

Passi f’dan is-sens ittieħdu fil-maħżen fejn jinżammu oġġetti marbuta mal-manutenzjoni fir-residenza San Vinċenz De Paul.

Aqra aktar

Jitħabbru sitt bidliet għal-liġi tal-istampa

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, ħabbar li wara li l-Gvern sema’ s-suġġerimenti, se jsiru sitt bidliet għal-liġi tal-istampa.

Il-Ministru Owen Bonnici ħabbar dan waqt sezzjoni ta’ Q&A mal-ġurnalisti u edituri tal-midja.

Dawn il-bidliet jinkludu t-tneħħija ta’ reġistrazzjoni ta’ news portals onlajn, ir-reġistrazzjoni għall-midja tradizzjonali se tkun fuq bażi volontarja, li kull min qed jagħmel attività ġurnalistika se jkollu s-sors tiegħu protett u li reġistratur  se jkun awtonomu u l-bogħod mill-Gvern .

Aqra aktar

Send this to a friend