Nicole Buttigieg – Page 83 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

L-MZPN jissospendu l-laqgħa għax Delia ma kellux appoġġ

It-Tnejn filgħaxija, l-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista kellu jissospendi l-laqgħa minħabba li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kellux appoġġ fost iż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lil ONE News li t-Tnejn filgħaxija tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-MZPN, fejn kellhom jiddiskutu l-ġejjieni politiku ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

PN LEAKS: Thake tkeċċiet talli kitbet kontra Delia

Fl-aħħar sigħat komplew jaslu f’idejn ONE News aktar messaġġi li ġew illikjati minn gruppi ta’ Whats App tal-Partit Nazzjonalista.

Din id-darba ONE News jista’ jiżvela messaġġi li ġew illikjati mill-grupp “Kap Retweeters”. Kif jixhed l-isem tal-grupp, il-grupp jintuża minn dawk il-persuni qrib l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, sabiex ixerrdu propaganda tal-Kap.Aqra aktar

Delia jkompli jibża’ jlaqqa’ lid-Deputati tal-PN

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex mifrud u l-firda fil-partit hija biss perċezzjoni.

Delia qal dan f’intervista fuq ir-Radju tal-Knisja wara li tmint ijiem ilu bagħat messaġġ lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv, jiddikjara gwerra u qal li lest għal kull konfrontazzjoni ma’ dawk li sejjaħ bħala tradituri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

L-MŻPN ma jridux jiddikjaraw l-appoġġ lil Delia

Il-Moviment Zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MZPN, ma jridx jiddikjara l-appoġġ tiegħu lejn l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

It-Times of Malta rrappurtat li l-MZPN qegħdin jopponu li jaqblu ma’ rizoluzzjoni li permezz tagħha jiddikjaraw l-appoġġ lejn Adrian Delia li qiegħed jiffaċċja bosta sejħiet għar-riżenja wara li ħaġu fil-beraħ diversi allegazzjonijiet fosthom dawk ta’ ħasil ta’ flus.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista, li riedu jiqbgħu anonomi, qalu lit-Times li t-Tnejn filgħaxija se jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-MZPN u l-futur ta’ Adrian Delia mistenni jkun fuq l-aġenda tal-laqgħa.Aqra aktar

FILMAT: Niżvelaw aktar messaġġi minn gruppi tal-PN

One News jista jizvela aktar messaġġi li ġew illikjati minn gruppi tal-Partit Nazzjonalista.

Il-messaġġ li jinsab f’idejn One News, din id-darba ġie illikjat minn grupp ta’ Whats App tal-Partit Nazzjonalista bl-isem “Presidenti u Segretarji tal-Kumitati Sezzjonali.”

F’din iċ-chat ta’ Whats App, il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo beda juri t-tħassib tiegħu li ġiet illikjata informazzjoni lil One News. Miċ-chat bl-isem PN Ċentrali Fundraising, tqaċċtu ’l barra esponenti Nazzjonalisti qrib il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fosthom Alex Perici Calscione, li kkontesta fit-tellieqa għall-Kap Nazzjonalista, u li kien teżorier fl-amministrazzjoni ta’ Simon Busuttil. Miċ-chat tqaċċat ukoll Alexander Mangion, attivist nazzjonalist minn Ħ’Attard qrib Simon Busuttil.Aqra aktar

ARA: Niżvelaw messaġġ minn grupp tal-PN

ONE News jista’ jiżvela messaġġi llikjati minn grupp chat tal-Partit Nazzjonalista bl-isem “PN Ċentrali Fundraising”, li jintuża biex jiġu kkordinati attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista. Wara ir-rally tal-attivisti, li skont il-fazzjoni ta’ Busuttil m’attendewx għalih aktar mitejn attivist, il-Viċi Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo, kien kostrett iqaċċat ’il barra minn din ic-chat nies li huma qrib il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil. Dan għax deherlu li kienu huma li llijkjawlu l-informazzjoni mill-grupp.Aqra aktar

Delia jibża’ jlaqqa’ d-Deputati Nazzjonalisti

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jsejjaħ l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, minkejja li t-Tnejn jerġa’ jiftaħ il-Parlament, wara l-btajjel tal-Milied. Irrappurtat dan it-Times of Malta, li kompliet tikteb dwar il-pressjoni li qiegħed jaffaċċja Delia sabiex jirriżenja minn Kap tal-Partit għax m’għandux appoġġ u qiegħed jibża’ jiltaqa’ mad-deputati Nazzjonlisti.

Wieħed mid-deputati Nazzjonalisti qal lit-Times li minkejja li fil-Parlament se jiddiskutu leġislazzjonijiet importanti u hemm bżonn li jieħdu pożizzjoni dwarhom, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ma tlaqqax.Aqra aktar

Send this to a friend