Nicole Buttigieg – Page 80 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Issir iċ-ċerimonja tal-ewwel seduta tal-Imħallef Grazio Mercieca

Id-dewmien fis-smiegħ tal-kawżi fil-Qorti, kien il-messaġġ ewlieni fl-ewwel seduta tal-Imħallef il-ġdid Grazio Mercieca.

Quddiem il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, Membri tal-ġudikatura, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, avukati, qraba u ħbieb, l-Imħallef Merieca għamel l-ewwel indirizz tiegħu.Aqra aktar

Se jitħawlu 1,000 siġra fil-Madliena

L-aġenzija tal-Gvern Ambjent Malta bdiet ħidma intensiva ta’ tindif fil-Forti tal-Madliena u l-madwar sabiex jinbidel f’sit ta’ afforestazzjoni li fih se jitħawlu mal-1,000 siġra żgħira u arbuxelli.

Il-proġett mifrux fuq medda ta’ 15-il tomna art beda f’Settembru li għadda bi tneħħija bi tneħħija ta’ pjanti li m’humiex endemiċi u li qed jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali.Aqra aktar

Għaxar snin mill-mewt tat-tabib u d-Deputat Karl Chircop     

Kien il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2008 waranofsinhar, meta ħarġet l-aħbar li it-tabib u l-eks Deputat Laburista Karl Chircop, tilef il-battalja kontra l-mewt.

Karl Chircop miet fi sptar f’Londra, wara li fit-3 ta’ Awissu 2008 kien sofra minn stroke, bil-konsegwenza li sofra minn emorraġija fil-moħħ. Mill-Isptar Mater Dei, kien ittieħed fin-National Hospital of Neurology and Neurosurgery f’Londra, fejn b’kollox għamel għaxar ġimgħat f’koma.Aqra aktar

Il-Gvern se jibqa’ kalm u seren biex jieħu l-aqwa deċiżjonijiet għall-familji Maltin u Għawdxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għandu jiddikjara minnufih jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni li għamel id-deputat Simon Busuttil fil-Parlament, li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iddikjaraw dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri u d-Deputat Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet.Aqra aktar

Imħabbar wieħed mill-akbar proġetti ta’ Valletta 2018, Orfeo & Majnun.

Fl-aħħar Sibt ta’ Ottubru madwar 4,000 ruħ se joħonqu t-toroq tal-Belt għall-isfilata fil-Kapitali li mistennija tkun l-akbar sfilata li qatt rat il-Belt Kapitali Valletta.

Dan l-ispettaklu se jinkludi madwar 3,000 pupazz f’forom ta’ annimali differenti, 18-il banda lokali, 360 żeffien u mijiet ta’ persuni minn diversi bliet u rħula Maltin.Aqra aktar

Ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għall-Kottonera – Birgu, Bormla, Isla u Kalkara.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, u l-Kordinatur Eżekuttiv tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield nedew il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Aqra aktar

Send this to a friend