Nicole Buttigieg – Page 77 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

ARA: Opportunita’ biex tesperjenza x-xelter tal-Imtarfa nhar il-Ħadd li ġej

Dan ix-shelter jinsab taħt l-eks Sptar Navali tal-Ingliżi fl-Imtarfa li nbena speċifikament biex jilqa’ lis-suldati midruba matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fil-fatt ix-xelter fi żmien il-gwerra kien iservi ta’ moħba għall-pazjenti u l-ħaddiema. Ix-xelter uniku u storiku, b’fond ta’ sitt sulari, jinkludi teatru li fih kienu jsiru l-operazzjonijiet.Aqra aktar

BIL-FILMAT: 220 persuna huma foster parents

“Qegħdin nagħtu opportunita lit-tifla tgħix f’imħabba ta’ familja”

Hekk stqarret magħna Elaine Micallef, li flimkien mal-partner tagħha – ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jiffosterjaw tifla ta’ sentejn. Huma ilhom jieħdu ħsieb b’imħabba lit-tifla mindu kienet tarbija ta’ seba ġimgħat.

Il-foster għalina jfisser ħafna li nagħtu opportunità lit-tifla tgħix f’ambjent ta’ familja.

Elaine tistqarr kif il-fostering hija deċizzjoni għaqlija li ħadu bħala koppja, grazzi għall-Appoġġ li preparawhom b’taħriġ essenzjali.

Aqra aktar

Jinżamm taħt arrest wara li hedded lill-eks sieħba tiegħu

Darren Cauchi ta’ 25 sena mill-Fgura tressaq il-Qorti akkużat li ta fasstidju u kkaġunha biża’ u hedded lill-eks tfajla tiegħu.

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija rċivew rapport mill-eks sieħba li Cauchi daħal fid-dar li kienu jgħixu flimkien fiha u cempillha sabiex jgħidilha li qieghed fid-dar li kienu jikru flimkien. Kien minn hemm li huwa ħa xi affarijiet personali tagħha.

Fil-11 ta’ Ottubru huwa tressaq il-Qorti ukoll fuq akkużi simili. Filfatt huwa reħa mar jgħix m’ommu fil-Fgura u kellu ordni sabiex ma jersaqx lejn l-eks sieħba.

Aqra aktar

Gidem u sawwat lis-sieħba tiegħu waqt li kien fis-sakra

Joseph Muscat ta’ 50 sena residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat li bejn il-lejl tal-1 u 2 ta’ Novembru ħebb għas-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Jidher li l-imputat kien qiegħed jidħol id-dar fis-sakra u dakinhar sawwat u gidem lis-sieħba tiegħu.

Il-koppja kienu ilhom jgħixu flimkien għal sena.

Huwa wiegeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest madankollu l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Stacey Attard ma qablitx.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest madankollu l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras  ordnat lill-akkużat ma jagħmel l-ebda kuntatt mas-sieħba tiegħu . Kien dak il-ħin li huwa dlonk qabez jgħid li huwa għadu jħobb lis-sieħba tiegħu.

Il-Maġistrat reġgħet widbet lil akkużat sabiex jevità kuntatt mas-sieħba tiegħu u ordnatu wkoll jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa.

 

Jinżamm taħt arrest wara li hedded lil ommu u lil ħuh

Aaron Sammut ta’ 26 sena residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat b’għadd ta’ akkużi fosthom li lbieraħ hedded lil ommu u lil ħuh.

Huwa kiser ukoll l-ordni ta’ projbizzjoni imposta fuqu mill-Qorti nhar it-Tnejn li għaddha sabiex ma jgħamilx kuntatt ma ommu.

Ilbieraħ huwa hedded lil ommu permezz tal-mobile u saħansittra allegatament prova jkissrilha l-bieb tad-dar.

Aqra aktar

92,000 pensjonant jaraw żieda oħra fil-pensjoni

92,000 pensjonant se jaraw zieda ta’ erbgħa ewro u ħamsin ċentezmu fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Dan hekk kif il-Baġit għas-sena elfejn u dsatax, għar-raba sena reġa ħaseb sabiex izied il-pensjonanti.

Il-Ħamis wara nofsinhar, il-Ministru tal-familja u solidarjeta socjali Michael Falzon u l-Ministru tal-Finanzi indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mizuri li tħabbru fil-baġit u se jgħinu lill-pensjonanti jkomplu jtejbu ħajjithom.

Il-Ministru Falzon qal li madwar erbat elef u ħames mitt pensjonant tas-servizz, se jerġa’ jkollhom żieda oħra ta’ €200 fl-ammont ta’ pensjoni tas-servizz.

Wara s-suċċess ta’ dawn l-aħħar sentejn għal ħruġ ta’ Savings Bonds 62+, il-gvern se jerġa joħroġ bonds simili fejn hu mistenni li ’l fuq minn sitt elf u tlett mitt pensjonant ġdid ikunu eliġibbli għal dawn il-bonds.

Il-Ministru Michael Falzon qal li apparti dawn il-mizuri, l-Gvern alloka ħdax-il miljun oħra biex jindirizza l-inġustizzja tal-imgħoddi.

“Bħal gvern hsibna fil-pensjonanti kollha imma imbad hemm mizuri oħra li ngħinu lil pensjonijiet jinvestu u jtejbu l-ħajja a’ kwalita.”

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-maġġoranza tal-pensjonati maltin huma sidien ta’ darhom. Pensjonanti li huma sidien ta’ darhom u  jixtiequ jissupplimentaw l-pensjoni tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn skema ta’ equity release.

Din l-iskema toffri l-faċilità li persuna li tkun laħqet ċertu eta’ tkun tista tidħol fi ftehim ma’ kumpanija privata li tgħaddi bil-quddiem somma flus f’pagamenti jew somma sħiħa.

Wara l-mewt tal-persuna, il-kumpanija tkun tista’ tbigħ id-dar, tieħu l-flus li tkun tat u l-interessi, filwaqt li l-bilanċ ta’ bejn il-valur tad-dar u l-ammont li tkun ħadet il-persuna f’ħajjitha tingħata lill-werrieta.

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-baġit għas-sena d-dieħla jinċentiva l-persuni jibqgħu fid-dinja tax-xogħol wara li jagħlqu l-65 sena kemm fil-privat u issa wkoll fis-settur pubbliku.

“Minn 61 sa 63 jista jissospendi l-pensjoni tieghu imbad jehodha ta 63.”

Send this to a friend