Nicole Buttigieg – Page 76 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Aktar sforzi biex jiddikjaraw l-appoġġ lejn Delia

Id-Deputat Nazzjonalista u wieħed mill-ftit persuni qrib il-Kap Nazzjonalista, Hermann Schiavone, kien kostrett itella’ fuq Facebook għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ Kumitati Sezzjonali tal-Partit jiddikjaraw li qegħdin jappoġġjaw lil Adrian Delia.

Schiavone uża l-Facebook biex jipprova juri l-appoġġ li għandu Delia fil-Partit, ftit minuti biss wara li One News żvela ittra li ġiet illikjata li kien imġiegħel jagħmel il-Kumitat Sezzjonali tal-Belt Valletta, u recording li ġie illikjat minn laqgħa tal-Kumitat Sezzjonali tar-Rabat li fiha l-membri tal-kumitat ntalbu jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejn Delia. Kif anki tikkonferma r-recording, il-kumitati sezzjonali kollha intalbu jagħmlu din id-dikjarazzjoni.Aqra aktar

Jinġabru l-firem mid-Deputati tal-PN biex Adrian Delia ma jibqax kap

Rapporti f’diversi midja indipendenti żvelaw li bdew jinġabru l-firem ta’ Deputati Nazzjonalisti sabiex Adrian Delia jitneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Uffiċjal għoli fil-Partit Nazzjonalista qiegħed jiċċirkola d-dikjarazzjoni bejn id-deputati Nazzjonalisti, sabiex tiġi iffirmata minnhom bil-għan li Delia jwarrab mit-tmun tal-partit.

Żvelat dan The Malta Independent, hekk kif tkellmet ma’ sors li għandu għeruq u kariga għolja fil-Partit Nazzjonalista. Deputati Nazzjonalisti li wkoll tkellmu mal-Independent bil-kundizzjoni li jiqbgħu anonimi, ikkonfermaw li qegħdin jinġabru l-firem sabiex Delia ma jiqbax Kap.Aqra aktar

“Min mhux wara l-Kap, mhux postu fil-partit”- Delia

“Min mhux wara l-Kap, mhux postu fil-partit.”

Dan kien il-messaġġ ċar tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia lid-deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, meta kien ikkuntatjat minn Newsbook dwar il-messaġġ li bagħat bil-Whats App lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, fl-għodwa tat-Tnejn fil-05:00.Aqra aktar

Iwieġbu lil Delia: “If you want war, you will get it”

L-inkwiet u l-inċertezza li hemm fil-Partit Nazzjonalista qiegħed iwassal sabiex esponenti Nazzjonalisti jitkellmu mal-midja u juru t-tħassib tagħhom. Fost dawn hemm il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, li ma’ Newsbook qal li ma jaħsibx li Kap ta’ Partit għandu jibgħat messaġġ ta’ gwerra lill-membri tiegħu.Aqra aktar

Delia jiddikjara gwerra qaddisa kontra t-tradituri

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, iddikjara gwerra u qal li lest għal kull konfrontazzjoni ma’ dawk li sejjaħ bħala tradituri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Delia ddikjara dan f’messaġġ li bagħat bil-Whats App lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, fl-għodwa tat-Tnejn fil-ħamsa ta’ filgħodu.

Il-messaġġ ma damx biex jiġi illikjat u ftit tal-ħin wara kien ippubblikat fuq The Times of Malta u fuq il-blog ta’ Manuel Delia.

Adrian Delia kiteb li waqt li l-Milied li għadda kien għal bosta żmien ta’ paċi u għożża, għall-Partit Nazzjonalista kien żmien ta’ battalja li fiha se jkun hemm min jirbaħ u min jitlef.

“We are at war no doubt remains” – kiteb Delia.Aqra aktar

Delia sieket dwar id-dħul tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jridx jgħid kemm hu dħul tieghu fix-xahar. Meta mistoqsi minn The Sunday Times, biex jispjega kif qed ilaħħaq mal obbligi finanzjarji li għandu, Delia naqas milli jgħid x’inhu id-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar. Huwa rreferihom biss għad-dikjarazzjoni tal-assi li hemm fil-Parlament.

Skont din id-dikjarazzjoni li ressaq fil-Parlament f’April li għadda, Delia għandu mas-€700,000 f’dejn. F’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jagħmel referenza għall-istorja ta’ The Sunday Times jew jispjega kemm hu d-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar.Aqra aktar

Jattakkawh ta’ madwaru u jwaħħal f’Joseph Muscat

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li n-nies li qed jaqilgħu l-qlajjiet kontrih huma alleati ta’ Joseph Muscat u tal-Labour. Delia qal dan f’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Izda fl-stess nifs qal li dawn l-stess nies jippretenduha li huma l-paladini tal-ġustizzja. Delia ma jgawdix l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari. U kif velat fil-gazzetti tal-Ħadd, hemm nies mill-kamp tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex ma jiqbax Kap.Aqra aktar

Tiġri l-kelma li Delia offra r-riżenja

Il-fazzjoni ta’ kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista qed tispara minn kullimkien fi sforz biex tkompli timmina lill-Kap fl-iktar mument dgħajjef tiegħu.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif fl-aħħar jiem bdiet tiġri x-xniegħa li Adrian Delia offra r-riżenja tiegħu u li kien is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li m’aċċettahiex anke wara direzzjoni u pressjoni f’dan is-sens minn Pierre Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u wieħed fost l-eqreb ta’ Adrian Delia.Aqra aktar

Send this to a friend