Nicole Buttigieg – Page 75 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Delia jgħid li ma jafx fuq min hi l-inkjesta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħabrijiet biex spiċċa jikkonferma li ma jafx jekk hemmx investigazzjoni fuq Keith Schembri li dwaru qed tintalab ir-responsabbilta politika. Nhar it-Tnejn fil-Parlament, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-Maġistrat Charmaine Galea għaddejja b’inkjesta dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-kumpanija 17 Black. Aqra aktar

ARA: 7,081 jbatu mid-dimensja f’pajjiżna

F’pajjiżna hawn 7,081 persuna li jbatu bid-demensja. 2,032 huma rġiel, filwaqt li 5,049  Dan ħareġ minn studju li sar mill-kumpanija Grant Thorton u ġie pprezentat f’Buisness Breakfast li kien indirizzat mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Antony Agius Decelis. Aqra aktar

Aktar minn miljun persuna jmutu f’inċidenti tat-traffiku madwar id-dinja

 

Malta ingħaqdet fi sforz dinji biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq li ta’ kull sena jaħsdu l-ħajja ta’ madwar 1.25 miljun persuna.

Fl-Ewropa, ta’ kull sena qed tmut persuna kull sitt minuti, jiġiferi medja ta’ 230 persuna kuljum.

F’Malta, 19-il persuna tilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku matul is-sena li għaddiet, waqt li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, it-toroq Maltin raw 16-il  fatalità oħra. Aqra aktar

AĠĠORNAT: Ebda theddida fi Pjazza San Ġorġ

Il-bagalja suspettuża li tħalliet fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt, mhux perikoluża u mhux theddida fuq is-sigurtà tal-persuni li hemm fil-viċinanzi. Dan wara li t-Taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta investigat din il-bagalja, li nstabet ħdejn l-Istitut Kultura Taljan fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta.Aqra aktar

ARA: Clyde Puli jiddefendi lil David Casa

Anke jekk hemm investigazzjoni preliminari mill- aġenzija ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea,L-Olaf, ufficjali tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jgħidu li m’hemmx investigazzjoni dwar l-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa, sabiex jiddefenduh.

Aqra aktar

1 minn kull 4 persuni fid-dinja huma affettwati minn problema ta’ saħħa mentali

Skont stħarriġ tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull erba’ persuni fid-dinja huma affettwati minn problemi ta’ saħħa mentali.

Fil-ħajja li qegħdin ngħixu llum, il-problemi tas-saħħa mentali qegħdin dejjem jiżdiedu, u minn stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija jirriżulta li f’Malta għandna bzonn ta’ iktar professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam.Aqra aktar

Send this to a friend