Nicole Buttigieg – Page 74 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

“Kristy Debono ppruvat tgħaddina biż-żmien”

Id-deputat u president tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono ppruvat tgħaddina biz-zmien.

Iddikjarat dan f’artiklu fit-Times of Malta Vicki Ann Cremona, persuna qrib il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u li kienet ambaxxatur fi zmien gvern nazzjonalista.

Vicki Ann Cremona kitbet artiklu fuq l-aġir ta’ Kristy Debono meta marret tiltaqa’ ma Yorgen Fenech u talbitu kamra b’xejn għall-Partit Nazzjonalista. L-stess persuna li l-oppozizzjoni allegat li huwa sid tal-kumpanija 17 black.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Psaila jakkuża lil ta’ Busuttil bi bsaten fir-roti lil Delia

“Ma jistax ikun hemm min fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess li jagħmel il-bsaten fir-roti.”

Iddikjara dan il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-parlament ewropew Frank Psaila. Wieħed mill-ftit persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Frank Psaila reġa’ kkonferma l-istat ta’ inkwiet u firda li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista. Bil-fazzjoni ta’ Adrian Delia ma tarax għajn m’għajn mal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Aqra aktar

“Partit borġ ġebel”- id-Deputat tal-PN Ivan Bartolo

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, għamel diskors fil-Parlament sabiex jitkellem dwar il-ħsara li qiegħda issir lill-Partit Nazzjonalista, mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-ftit d-deputati ta’ madwaru.

B’botti lejn Adrian Delia, Ivan Bartolo uża l-metafora tal-“borġ ġebel” sabiex jiddeskrivi l-istat imkisser li jinsab fih l-Partit Nazzjonalista. Partit imexxi minn Kap, li għandu akkużi li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Imġiba inaċċetabbli għal Ivan Bartolo.

“Trid tkun bla qalb tara partit borġ ġebel, u l-imġiba tiegħek tkun waħda inaċċetabbli” qal Bartolo.

Ivan Bartolo ingħaqad mad-deputati nazzjonalisti Jason Azzopardi u Claudette Buttigieg, li qalu li d-deputati nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone qegħdin jagħmlu ħsara lill-Partit meta riedu kamra bla flus għall-Partit Nazzjonalista, mingħand Yorgen Fenech u ltaqgħu miegħu. Dan meta  l-oppożizzjoni kienet allegat li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.

Ivan Bartolo, minkejja li ma semmiex lil Adrian Delia u lil Kristy Debono, ikkritika l-mod kif din il-laqgħa saret bil-moħbi tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

“Tan-nies li jiltaqgħu bejn erba ħitan u jħawdu bejniethom” saħaq Bartolo.

Ivan Bartolo, li ma riedx iċedi s-siġġu parlamentari tiegħu lil Delia, qal li fil-Partit hemm sitwazzjoni fejn hemm min qiegħed jgħaddi b’gaffa u jinsa lill-oħrajn fl-stess partit.

“Min isir gaffa u jgħaffeġ fuq l-oħrajn u adio sħabek tal-Partit li wkoll jirriflettu parti minnek.”

“Qegħdin fi stat tal-biki” qal Ivan Bartolo lejliet appuntament elettorali għal Partit Nazzjonalista. Sena u sebgħa xhur wara li Adrian Delia ħa tmexxija tal-Partit f’idejh, l-inkwiet ma waqaf qatt. Bil-fazzjoni ta’ Delia ma tarax għajn m’għajn, mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

Ivan Bartolo, b’botta lejn Adrian Delia, qal li kien għażla ħazina u għamel akkuża li ġie elett b’ingann. Filfatt fl-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap, Jean Pierre Debono, ir-raġel ta’ Kristy Debono,  uża prokuri b’firem foloz biex seta’ jiġbor dokumenti tal-voti ta’ tesserati għall-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista li wasslet għall-ħatra ta’ Adrian Delia fit-tmun tal-partit.

“Għal għażla ħażina li ssir, forsi għax tkun ġejt elett b’mod ingannat.”

F’ġimgħa ta’ maltemp kbir għal Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo, b’botta lejn Kristy Debono, qal li nħolqot maltempata u “ħaqqha tixxarrab jekk ma jkollhiex umbrella”. Metafora li uża sabiex jgħid li Kristy Debono għandha tirrizenja wara li iltaqgħet ma’ Yorgen Fenech u talbitu kamra b’xejn għal Partit Nazzjonalista.

F’botta oħra lejn Kristy Debono, Ivan Bartolo qal li kieku tirrispeta l-Partit, tirrizenja.

“U kieku vera tħobb l-organu min fejn int ġej, ġejja, jekk jien qiegħed inħammeġ lilek jew lil sħabek, allura jkolli nwarrab f’ġenb.”

Ivan Bartolo tkellem fil-plural, u qal li l-unika tama hi l-jtiru mill-politika. Botta lejn Adrian Delia u Kristy Debono sabiex jirrizenjaw. It-tnejn qegħdin jiffaċjaw akkuzi serji, b’Debono titlob kamra b’xejn mingħand negozjant li kien fil-mira tal-partit, u Adrian Delia b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus.

“U allura jekk illum hemm xi ħadd li jizbalja għandu jwarrab” “U allura itiru barra mix-xena, dik hija l-unika tama” qal Bartolo.

Id-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo qal li għax huwa tkellem il-verità, wara d-diskors tal-Ħamis filgħaxija, se jiġi kritikat.

“Il-bniedem li ma jridx jisma ħafna drabi imbad ngħajrek, u forsi hekk se jiġrili jien wara dan l-aġġornament.”

Adrian Delia jwieġeb lil Jason Azzopardi

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wieġeb lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, għall-akkużi li d-deputati Nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone qegħdin jagħmlu ħsara lill-Partit Nazzjonalista.

Dan f’mument ieħor fejn kompliet toħroġ fid-deher il-qasma interna fil-Partit Nazzjonalista, bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Jason Azzopardi attakka lid-deputati nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone, malli ġie irrappurtat mit-Times, li kellhom laqgħa l-Ġimgħa li għadda ma’ Yorgen Fenech,  li fl-aħħar xhur l-Oppożizzjoni allegat li kien is-sid tal-kumpanija 17 black.

Il-ġurnalisti stennew lil Adrian Delia joħroġ mill-Palazz tal-President sabiex jisaqsuh il-mistoqsijiet. Izda Delia pprova jaħrab u jinjora l-preżenza tal-ġurnalisti, billi baqa’ miexi lejn il-karozza li kienet qed tistennih barra.

Skomdu jwieġeb Adrian Delia, iddefenda lid-deputati Kristy Debono u Hermann Schiavone, tnejn mill-ftit d-deputati leali lejn Delia.

Adrian Delia wieġeb għad-dikjarazzjoni li għamel Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali. Delia qal li Kristy Debono u Hermann Schiavone m’għamlu xejn ħazin.

“M’għamlu xejn ħażin,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Iżda Jason Azzopardi u esponenti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil jaħsbu li b’għemilhom Debono u Schaivone qegħdin jagħmlu ħsara kbira lil Partit Nazzjonalista. Dan anki għax għandhom l-akkuża li qegħdin jaħdmu minn wara dahar il-grupp parlamentari Nazzjonalista.

Iffirmat ftehim settorjali għall-ħaddiema tal-medical physics fl-Isptar Mater Dei

Iffirmat l-ewwel ftehim settorjali għall-ħaddiema li jaħdmu bħala medical physics fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar tal-Onkoloġija.

Din hija speċjalità ġdida li jaħdmu fiha kull fejn ikun hemm bzonn is-servizz tar-radjazzjoni medika u radjoterapija fid-Dipartiment tal-Onkoloġija, fejn jagħtu u jaraw kemm għandu bżonn raġġi pazjent marid bil-kanċer. Jaħdmu wkoll fejn jidħol il-makkinarju biex jagħtu servizz eċċellenti lill-pazjenti.

Aqra aktar

Send this to a friend