Nicole Buttigieg – Page 70 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

ARA: Il-PN isejjaħ it-tmexxija tal-armata bħala insult

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem iġġieled għad-demokrazija, iżda l-Kap tiegħu Adrian Delia ried iċaħħad id-dritt tal-vot lil mija u tletin elf resident fosthom 2,500 żagħżugħ, minn 23 lokalità, billi ma nnominax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet lokali.

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem iġġieled għad-demokrazija,” qal Fenech Adami

Aqra aktar

ARA: Delia jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ Busittil

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx jaf li l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u d-deputat Jason Azzopardi pprezentaw rikors il-qorti sabiex iwaqqfu l-ħatra ta’ sitt ġudikanti ġodda. Il-Ħamis, Simon Busuttil u Jason Azzopardi iffirmaw minn wara dahar il-Kap tal-Partit tagħhom rikors il-qorti f’isem il-grupp Republikka, attivisti qrib il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Tinvesti miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjni

Il-Kumpanija Abertex, li timmanifattura komponenti tal-batteriji tal-karozzi, għaddejja b’investiment ta’ miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fil-portafoll tal-klijenti tagħha, Abertex għandha kumpaniji kbar fid-dinja fil-qasam tal-karozzi fil-Ġermanja u fil-Ġappun BMW fosthom Toyota u Volkswagen.

Il-kumpanija bdiet topera f’Kordin b’żewġ ħaddiema Ġermaniżi u illum espandiet u qed tħaddem 150 ħaddiem f’fabbrika fil-Mosta Technopark. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fil-fabbrika bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem, ingħad li fl-aħħar ħames snin il-kumpanija investiet €10 miljun, tant, li rduppjat il-ħaddiema.Aqra aktar

Investiment fil-venda ta’ San Ġakbu

B’investiment ta’ €400,000, fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew ix-xogħlijiet biex il-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbru jkollha tinda biex in-nies li jagħmlu uzu mit-trasport pubbliku ikollhom fejn jistkennu aħjar.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg, qal li ġie ffinalizzat il-kuntratt sabiex isir dan ix-xogħol fil-foss ta’ San Ġakbu. Spjega li ġew installati tletin bus shelter u jrid li jiġu installati iktar sabiex il-pubbliku ikun moqdi aħjar.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Sitt ħatriet ġodda fil-Ġudikatura – tliet mħallfin u tliet maġistrati

Tlett imħallfin u tlett maġistrati ġodda ingħataw il-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President fil-Belt quddiem il-President ta’ Malta George Vella wara li l-kabinett approva l-ħatra tagħhom.

Wara snin iservu fuq il-bank tal-maġistratura, l-Imħallfin Francesco Depasquale, Joanne Vella Cuschieri u Aaron Bugeja għaddew għal fuq il-bank tal-Imħallfin. Fl-istess waqt l-Avukati Nadine Lia, Victor Axiaq u Brdiget Sultana se jibdew iservu fuq il-bank tal-maġistratura.

Aqra aktar

74 kunsillier tal-PN mhux se jikkontestaw taħt Delia

Iktar minn sebgħin kunsillier nazzjonalista mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali mal-Partit Nazzjonalista.

Fost dawn hemm sitt sindki Nazzjonalisti li għazlu li ma jerġgħux jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista.

U 74 kunsillieri li għazlu li ma jkomplux mill-ġdid il-ħidma tagħhom fil-lokalita, f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Tlieta u sittin kunsillier f’Malta li mhux se jerġgħu jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista. U ħdax- li mhux se jikkontestaw f’Għawdex.

F’sena u sebgħa xhur kemm ilu kap tal-Partit, Adrian Delia ma irnexxilux jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, b’detriment li abbanduna l-kunsilli lokali.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalulna li sindki u kunsilliera nazzjonalisti dehru urtati li t-tmexxija ta’ Adrian Delia ftit li xejn tat importanza lill-kunsilli lokali, u injorat l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.

Izda mhux hekk biss. Minn kemm ilu li leħħaq Kap Adrian Delia, l-Partit Nazzjonalista spiċċa f’baħar ta’ inkwiet u ġlied ma jaqta xejn bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Filfatt fost dawn il-kunsilliera hemm numru sostanzjali minnhom leali lejn Simon Busuttil u l-esponenti qrib tiegħu. Għaldaqstant, la darba m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia ma reġawx ikkontestaw l-elezzjonijiet lokali. B’Delia għazel li jinjora lil dawn in-nies u ma jkellimhomx sabiex jikkontestaw l-elezzjoni.

Fost dawn hemm s-sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi qrib ħafna ta’ Simon Busuttil, u m’għandux fiduċja f’Adrian Delia.

Hemm ukoll l-avukat li jaħdem mad-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi, Kris Busietta li mhux se jerġa jikkontesta fuq Tas-Sliema.

L-eks kandidata nazzjonalista Caroline Galea mhu se terġa tikkontesta għal lokalita ta’ Santa Luċija. Galea kkritikat pubblikament lil Adrian Delia u minħabba t-tmexxija tiegħu warbet għal kollox il-Partit Nazzjonalista.

F’dawn is-sena u seba xhur li ilu jmexxi l-Partit, Adrian Delia  kien hemm għadd ta’ kunsilliera li irrizenjaw minn kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, minħabba li huma kontra t-tmexxija ta’ Adrian Delia.

Fost dawn hemm Charlot Cassar kunsillier f’Wied il-Għajn, li irrizenja malli Delia sar Kap minħabba li ma jemminx li huwa kredibbli sabiex imexxi l-Partit minħabba allegazzjonijiet serji li qiegħed jiffaċja fosthom allegazzjoni li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.

L-allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ Adrian Delia, waslet ukoll lil David Thake sabiex jirrizenja minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar.

Minn din il-lokalita irrizenjaw ukoll minn kunsilliera nazzjonalisti Joseph Vella u Robert Piscopo. Bil-kunsill ta’ san pawl il-baħar imexxi mill-Partit Nazzjonalista, kien mifni minn ġlied kbira, b’detriment li ma sar xejn ta’ ġid għar-residenti.

Il-Partit Nazzjonalista għandu biss mitejn sitta u disgħin kandidat li se jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali.

B’hekk huwa ċar li Adrian Delia ma sabx nies interessati jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, u b’mossa kkordinata mit-tmexxija tad-Dar Ċentrali llimitat il-kandidati fi tlieta u għoxrin Kunsill Lokali madwar Malta u Għawdex.

Bil-Partit Nazzjonalista ma riedx lin-nies joħorġu jivvutaw f’numru lokalitajiet għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

B’kunsillieri nazzjonalisti li ilhom iservu għal snin twal fi isem il-Partit Nazzjonalista, qatgħu qalbhom u tilfu l-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista.

Għal kuntrarju tal-Partit Laburista li għandu team ta’ tlett mija disa u disgħin kandidat, li b’enerġija ġdida u oħrajn b’esperjenza lesti jservu liċ-ċittadini fil-lokalita.

 

 

Il-PL b’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-manuvri tal-Partit Nazzjonalista biex jilgħab mad-demokrazija

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li kien għall-Partit Nazzjonalista, il-familji u l-votanti fi tlieta u għoxrin lokalita’ ma jivvotawx fl-elezzjonijiet lokali tal-25 ta’ Mejju li ġej.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Laburista tkellem dwar kif ir-risposta lil min ma riedx elezzjoni hija l-vot.

Il-Ministru Owen Bonnici fisser kif dawn il-lokalitajiet huma kważi kollha lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ pajjiżna. “U dan huwa l-mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jrid jitratta lir-residenti tan-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna fejn irid li jċaħħdilhom id-dritt bażiku li jivvutaw,” qal il-Ministru Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis, saħaq li huwa l-Partit Laburista li verament jemmen fil-kunsilli lokali u mhux il-Partit Nazzjonalista li jitkellem tant dwarhom. Tkellem dwar kif il-gvern xpruna riforma sħiħa fil-kunsilli lokali. “Għall-ewwel darba tajna €3.1 miljuni għar-reġjuni tagħna fejn ukoll tajnihom responsabbiltajiet tanġibbli,” qal Parnis.

Is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela fissret li “din hija logħba antika tal-Partit Nazzjonalista, logħba li diġa rajnih jilgħabha fil-passat. Din it-tattika li ġejja min ma jitlifx okkażjoni waħda li jiftaħar li kien hu li ħoloq il-kunsilli lokali, tattika li tkompli tesponi fil-beraħ l-ipokrezija grassa fi ħdanu meta qed jipprova jostor lin-nies milli joħorġu jivvutaw.”

Segwi lill-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista dwar il-manuvri tal-Partit Nazzjonalista biex jilgħab mad-demokrazija:

Send this to a friend