Nicole Buttigieg – Page 7 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

3 snin ħabs wara li nqdiet bil-Covid-19 biex tisraq anzjana

Natalie Bonello ta’ 45 sena minn Marsaskala ġiet kkundanata 3 snin ħabs wara li nqdiet bil-Coronavirus u marret ġo dar ta’ anzjana u serqitilha l-ġojjellerija.

Il-każ ġara fis-7 ta’ April li għaddha, meta Bonello ħabtet il-bieb ta’ barra ta’ dar fl-Imsida, liebsa maskla ma’ ħalqha. Hija qalet lill-anzjana li qed tirrappreżenta kumpanija li tgħin lill-persuni vulnerabbli. Hija aljenat lill-anzjana u serqitilha l-ġojjellerija mill-kamra tas-sodda.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Sfidi Ewropej diskussi f’laqgħa tal-membri tal-Mediterran

F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, ġew diskussi għadd ta’ sfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa – mill-Coronavirus għal Immigrazzjoni.

Il-Ministri tal-Greċja, Ċipru, Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta iddiskutew l-qasam finanzjarju ewropew, l-immigrazzjoni u l-bżonn li nsibu soluzzjonijiet komuni għal diversi sfidi.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jitlestew l-intervisti għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni għas-servizz pubbliku għamlet intervisti individwali lill-erbatax-il persuna li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-kariga ta’ Kummissarju tal-pulizija.

Tmien persuni għamlu n-nomina tagħhom pubblika.

La jitlesta dan il-proċess, li fiha l-applikanti ntalbu jgħidu l-viżjoni tagħhom għall-korp, il-kummissjoni għas-servizz pubbliku se tagħżel żewġ persuni mill-erbatax-il applikant, li jidhirlha li huma xierqa li jmexxu l-Korp tal-Pulizija.

Aqra aktar

Ħelsien mill-arrest wara li sawwat lill-eks sieħba tiegħu

Floyd Cardona ta’ 23 sena minn Birkirkara ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet, wara li sawwat lill-eks sieħba tiegħu u ħalliha mal-art ħdejn central strip f’Raħal Ġdid.

Il-każ ġara nhar it-Tlieta, bin-nies li kienu għaddejjien mit-triq waqfu jagħtu l-ewwel għajnuna lit-tfajla lis-sofriet ġrieħi gravi.

Aqra aktar

Delia ma ċaħadx li qatt iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma ċaħadx li ltaqa’ man-negozjant Yorgen Fenech fir-razzett tiegħu Ħaż Żebbuġ, liebes shorts, kif xehed ix-xhud ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

It-Tnejn waqt il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech,  il-middleman Melvin Theuma qal li Fenech qallu li Adrian Delia darba mar jiekol għandu fir-razzett tiegħu Ħaż-Żebbuġ. Aqra aktar

Send this to a friend