Nicole Buttigieg – Page 63 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Metsola kburija u se tkompli tiġġieled kontra Malta

L-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li hija kburija b’dak li għamlet fil-Parlament Ewropew, u jekk terġa tiġi eletta se tkompli tiġġieled kontra Malta.

F’dawn l-aħħar ħames snin Roberta Metsola flimkien mal-ewroparlamentari David Casa ma tilfux okkażjoni waħda sabiex jaħdmu kontra Malta fl-istituzzjonijiet ewropej. B’Metsola tgħid li hija kburija b’dak kollu li għamlet.

“Kburija li jien dejjem qomt bilwieqfa,” hija qalet.

Aqra aktar

Delia ma jridx investigazzjoni dwaru

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia pprova jevità milli jitkellem dwar l-allegazzjonijiet gravi li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.

Waqt il-programm Xtra, Adrian Delia reġa’ ikkonferma li ma talabx u mhux se jitlob inkjesta maġisterjali fil-konfront tiegħu biex inaddaf ismu mill-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li ilu jiffaċċja mit-tellieqa għall-Kap Nazzjonalista.

Aqra aktar

Urtati bil-preżenza ta’ Frank Psaila fuq il-midja tal-PN

Il-Fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qiegħda timbotta kemm tista lill-Kandidat tal-Parlament Ewropew  Frank Psaila sabiex jiġi elett fil-Parlament Ewropew.

Delia jrid li Psaila jiġi elett fil-Parlament Ewropew, sabiex ma’ Roberta Metsola u David Casa, ikomplu jiġġieldu fl-istituzzjonijiet ewropej kontra Malta, u jibqgħu jagħmlu l-ħsara kontra l-Gvern fi Brussell.

Sorsi fil-partit Nazzjonalista qalu li Adrian Delia qiegħed juza kull mezz sabiex iwassal il-messaġġ li mill-għaxar kandidati, irid lil Psaila fi Brussell.

Frank Psaila qiegħed jingħata prominenza fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista/

Erba ġimgħat il’bogħod  mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Psaila baqa’ għaddej bil-programm tiegħu fuq il-midja nazzjonalista. Dan filwaqt li qiegħed jingħata spazju fuq kull programm ta’ ġrajjiet kurrenti.

Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalulna li dan qiegħed joħloq rabja kbira fost il-kandidati l-oħra għax mhux jingħataw l-istess prominenza bħal Psaila.

L-istess sorsi innotaw li t-Tnejn filgħaxija, Psaila tqabbad jintervista lil Adrian Delia fuq in-Net, u fl-stess ħin bagħtuh għal dibattitu tal-Awtorita tax-Xandir.

Dan ħoloq rabja fost il-kandidati l-oħra Nazzjonalisti, li ħassew li tal-inqas kellu jintbgħat kandidat ieħor jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista.

Izda, is-sorsi tagħna qrib Adrian Delia qalulna li bi Frank Psaila, Delia moħħu mistrieħ għax leali lejh. Mhux bħal David Casa u Roberta Metsola li huma qrib ħafna tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil.

Fazzjoni li ma tridx lil Delia Kap, għax temmen li mhux kredibbli minħabba l-allegazzjonijiet li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.

Is-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista qalulna, li fejn jidħol il-Parlament Ewropew Adrian Delia lest li jaħdem mal-fazzjoni ta’ Busuttil għax l-importanti li min jiġi elett jaħdem kontra Malta.

Għaldaqstant, Adrian Delia iħoss li Psaila jista jaħdem sew ma’ Casa u Metsola, li diġà ddikjaraw li se jkomplu bl-istess attitudni li ħadu fl-aħħar ħames snin.

Dan għax Adrian Delia jemmen li Malta hija l-agħar fl-Ewropa.

Send this to a friend