Nicole Buttigieg – Page 55 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Kevin Cutajar fl-aħħar ħa s-siġġu ta’ David Stellini

Il-kandidat Nazzjonalista Kevin Cutajar se jiġi co-opted fil-Parlament wara li f’laqgħa oħra tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, ikkontesta waħdu biex jimla’ s-siġġu parlamentari li tbattal minn David Stellini fuq it-tlettax-il distrett.

Il-votazzjoni kellha ssir mill-ġdid wara li fi tmiem il-laqgħa tas-Sibt li għadda, l-ex president tal-partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut allega irregolarijiet fil-votazzjoni. Allegazzjonjiet li wasslu lil Jean Pierre Debono biex iċedi s-siġġu li kien rebaħ b’żewġ voti fuq Kevin Cutajar.

Aqra aktar

ARA: Claudio Grech jgħid li fil-PN m’hemmx fazzjonijiet

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li fil-Partit Nazzjonalista m’hemmx fazzjonijiet.

Grech qal dan waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Dissett li ttratta l-kriżi politika fil-Partit Nazzjonalista. Huwa pprova jagħti l-impressjoni li l-grupp parlamentari mhux maqsum bejn il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil u l-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia. Saħansitra qal li din hija narattiva li ħareġ biha l-Partit Laburista.

Aqra aktar

ARA: 11-il sena mindu Joseph Muscat laħaq Mexxej tal-Partit Laburista

Is-6 ta’ Ġunju 2008. Data kruċjali li mmarkat il-bidu ta’ kapitlu mill-isbaħ għall-Partit Laburista.

Partit li nbidel f’Partit rebbieħ, frott l-għażla għaqlija li għamlu d-delegati tal-Partit Laburista meta ħdax-il sena ilu għażlu lil Joseph Muscat bħalha l-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.

Bl-għajta “Ġenerazzjoni Rebbieħa”, dakinhar Jospeh Muscat fl-età zgħazugħa ta’ erbgħa u tletin sena, kien qal li l-viżjoni tiegħu hija li jiftaħ staġun politiku ġdid għall-pajjiżna. Iżda fuq kollox, ried li jagħmel lill-Partit Laburista Partit rebbieħ.

Bil-poplu Malti u Għawdxi, emmen u afda f’Joseph Muscat, li tah mandat elettorali b’saħħtu u storiku, f’elezzjoni waħda wara l-oħra.

Aqra aktar

Ħu Chris Said b’attakk fuq it-tmexxija tal-PN

“Għażiż Adrian Delia… għadek ma rrealizzajtx li kemm ilek Kap ma ħadtx deċizjoni waħda li għaqdet u li mexxietna pass wieħed ‘il quddiem?.”

Hekk iddikjara s-sindku nazzjonalista tan-Nadur Għawdex Edward Said li jiġi wkoll ħu d-deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said.

Edward Said talab għar-rizenja ta’ Adrian Delia u tmexxija għax fost oħrajn m’għaqqadtx partit.

“Kap… int u shabek kontu fdati bit-tmexxija, u minkejja dan m’għaqqadtux, ma mexxejtux lill-partit imqar pass zgħir lejn fejn jixraqlu. Ma ppruvajtux tirranġaw is-sitwazzjoni bil-galbu… għaldaqstant ningħaqad ma’ Mark u nitlobkom twarrbu, għax il-fiduċja tiegħi tliftuha wkoll.”

Fuq facebook, is-Sindku Nazzjonalista tan-Nadur faħħar ukoll lil Mark Anthony Sammut talli rriżenja minn President tal-Eeżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

“Prosit Mark Anthony Sammut li tkellimt, spjegajt, u fissirt” – kiteb Said.

Is-Sindku Nazzjonalista kellu kliem ta’ kundanna wkoll lejn is-segretarju ġenerali Clyde Puli.

“Għażiż Clyde Puli… għadek ma ndunajtx li l-Partit mhux ċirklu, u li n-Nazzjonalisti mhumiex buffi… kemm se ddum iddur mal-lewża, u taħrab mir-realtà?”

U lil Jean Pierre Debono qallu li qiegħed juża l-Partit –

“Għażiż Jean Pierre Debono… għadek ma stenbaħtx li l-PN mhux tiegħek biss u li ma tistax tibqa’ tużah għall- gost u pjaċir tiegħek kif jaqbillek?”

Huwa kellu appell għad-deputati nazzjonalisti u nies li jimmilitaw fil-Partit, sabiex iqumu mir-raqda u jiġġieldu għall-Partit.

“Għeziez Deputati, Amministrazzjoni, Membri fi hdan l-istrutturi, Tesserati u Attivisti… meta se nqumu mir-raqda u niġġieldu għall-partit li tant inħobbu… possibbli hemm bżonn jispiċċa għalkollox biex kulħadd jagħmel pass, jitkellem u jieħu azzjoni?!” – staqsa Said.

Għaldaqstant, is-Sindku tan-Nadur qal li f’ġieħ is-sewwa il-Partit Nazzjonalista għandu bzonn Kap ġdid.

“Għandna bżonn immedjatament persuna li tgħaqqadna, li ma tpoġġiex l-interessi tagħha l-ewwel u qabel kollox, li b’umiltà m’ghandha l-ebda aspirazzjoni oħra ħlief li tgħaqqad u ssaħħaħ.”

F’ġieħ is-sewwa… f’ġieħ is-sewwa l-Partit Nazzjonalista.” temm jgħid Said.

Deputat tal-PN irid lil Cutajar jieħu s-siġġu ta’ Stellini

 

Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Fredrick Azzopardi irid lill-kandidat Għawdex Kevin Cutajar jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini.

Kevin Cutajar, ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-tlettax-il distrett u flimkien mal-kordinatur politiku Jean Pierre Debono wera l-interess tiegħu f’dan is-siġġu.

Wara l-allegat tbgħabgħis fl-elezzjoni tal-ezekuttiv minn Jean Pierre Debono, fl-elezzjoni bejn Cutajar u Jean Pierre Debono, Debono kien kostrett ma jaċċettax is-siġġu li rebaħ b’zewġ voti.

Wara din id-deċiżjoni, Cutajar kiteb lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u talbu jinformah kif se jmexxi l-partit issa li l-uniku persuna li għadha bl-interess li jimla’ s-siġġu parlamentari huwa hu.

Mistoqsi minn ONE NEWS dwar it-talb li għamel lil Puli, Cutajar li qal li qed jistenna risposta, ma kkummentax.

Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li s-siġġu ta’ Stellini għandu jieħdu Kevin Cutajar.

Il-viċi kap Nazzjonalista David Agius qal li se jitkellem fil-Partit Nazzjonalista.

Intant sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li t-tmexxija Nazzjonalista qed tkompli ttawwal il-proċess biex tlaqqa’ mill-ġdid l-eżekuttiv tal-partit Nazzjonalista biex tiddeċiedi min għandu jieħu s-siġġu ta’ Stellini.

L-istess sostna li l-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia ma tridx lil Cutajar fis-siġġu parlamentari ta’ Stellini minħabba li hu meqjus persuna oħra qrib il-fazzjoni tal-ex kap Nazzonalista Simon Busuttil.

 

Deputat tal-PN jgħid li Delia jrid gwerra kontrihom

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adria Delia għamel ġennata meta ddikjara gwerra kontra għadd ta’ deputati fil-grupp parlamentari Nazzjonalista.

Hekk iddikjara Deputat Nazzjonalista bil-kundizzjoni li jibqa’ anonimu ma’ The Times of Malta fil-ħarġa tal-Erbgħa.

Dan id-deputat nazzjonalista irreaġixxa għal intervista li kellu l-kap nazzjonalista Adrian Delia fuq Times Talk fejn attakka għadd ta’ deputati Nazzjonalisti li kienu involuti fix-shadow cabinet tal-ex kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

“A coach needs to actually first choose the players he wants to be with. It’s very difficult for a coach to work with a team he already found there.”

Deputat Nazzjonalista ieħor li tkellem ma’ The Times qal li b’dikjarazzjonijiet bħal dawn Adrian Delia, bla ma jaf, żvela l-istrateġija tiegħu li jeħles minn numru ta’ deputati Nazzjonalisti. Waqt li staqsa r-raġunament dwar dan il-kumment, qal li ebda mexxej ma’ jitkellem b’dan il-mod li jifred flok jgħaqqad.

Intant it-Times irrappurtat ukoll li l-Grupp parlamentari Nazzjonalista ilu xahrejn ma jitlaqa’, u fil-kriżi li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, id-deputati Nazzjonalisti għadhom bla data ta’ meta se jiltaqgħu bħal grupp parlamentari.

Sorsi fil-grupp parlamentari Nazzjonalista li tkellmu mat-Times of Malta, qalu li l-aħħar laqgħa tal-grupp parlamentari saret fil-ħmistax ta’ April, ftit ġimgħat biss qabel bdiet il-kampanja elettorali.

Skond l-istatut tal-Partit Nazzjonalista, il-Grupp Parlamentari jrid jiltaqa’ minn tal-inqas darba f’xahar jew  fuq talba tal-kap. L-istatut jgħid ukoll li l-grupp parlamentari jista’ jitlaqqa jekk issir talbu minn terz tad-deputati.

Mat-times il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar ma riedx jikkummenta.

It-Times qalet li minkejja li Adrian Delia ilu fit-tmexxija sa minn Settembru ta’ sentejn ilu, għadu ma rebaħx il-fiduċja tad-deputati tiegħu li privatament lissnu t-tħassib tagħhom dwar il-karattru dubjuż ta’ Delia li għadu qed jiffaċċja allegazzjonjiet gravi ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mill-prostituzzjoni.

B’reazzjoni, Delia u dawk ta’ madwaru akkużaw lill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil bi bsaten fir-roti u li baqgħu ma jridux jilqgħu r-rieda demokratika tal-maġġoranza assoluta tat-tesserata tal-partit Nazzjonalista.

 

 

Debono jippublika l-paga tiegħu biex jagħlaq ħalq Arrigo

Il-kordinatur politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono li jinsab f’nofs kontroversja dwar allegazzjonijiet li tbagħbis f’elezzjoni interna oħra fil-Partit Nazzjonalista, kien imġiegħel jippubblika s-salarju li jdaħħal mill-Partit Nazzjonalista.

Fuq Facebook, Jean Pierre Debono qal li fl-aħħar tax-xahar li għadda huwa daħħal f’idu fix-xahar elfejn, mitejn tmienja u tlettin ewro.

Ammont li skont sorsi fil-Partit Nazzjonalista ma jitwemminx. Fost dawk li ma jemmnux lil Debono hemm il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo li b’kitbietu ta x’jifehm li jaqla’ ħafna iktar minn hekk. Nifhmu li fl-irwol tiegħu ta’ Viċi Kap Nazzjonalista għall-affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo jaf sew kif qed jintefqu l-flus fil-Partit Nazzjonalista.

Fil-fatt fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tas-Sibt kien hemm battibekk jaħraq bejn Arrigo u l-koppja Debono.

Quddiem il-membri kollha tal-eżekuttiv, Robert Arrigo qal lil Jean Pierre Debono, “Missek tistħi, iż-żieda li tlabt ma ħadtix?”.

Dan b’referenza għall-paga tajba li Debono qed jitħallas wara li ċeda s-siġġu lil Delia.

Kien hawn li mart Debono u deputat parlamentari Kristy Debono qamet taqbeż għal żewġha iżda Arrigo f’dadigħa liema bħala bilkemm ta ċans tiftaħ ħalqha u qalilha, “You shut up!”

Il-ġlied kompla fuq Facebook, b’Robert Arrigo jgħid li Debono huwa bniedem ħażin li qed jaqla’ pagi kbar ħafna mill-Partit.

B’botta diretta lejn Jean Pierre Debono Arrigo għalaq billi talab għar-riżenja ta’ dak li ddeskriva bħala “xitan”. Saħansitra, Robert Arrigo qabbel lil Jean Pierre Debono u lil martu Kristy Debono ma’ lpup.

Biex jipprova jagħlaq ħalq Arrigo, Debono xerred fuq facebook is-salarju li għandu mill-Partit Nazzjonalista.

B’reazzjoni għall-kritika li dabbar minn bosta partitarji Nazzjonalisti, reġgħet ħarġet taqbeż għalih martu Kirsty Debono.

Fuq Facebook, kitbet li hemm ħafna allegazzjonijiet dwar l-paga li jaqla’ zewġha minn nies fil-Partit Nazzjonalista li għandhom skopijiet ulterjuri.

Delia ma jridx jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tenna li ma jridx jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu.

Wara l-ikbar telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali, Adrian Delia qal li ma jridx jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu.

Kien l-eks Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi li qal li Delia għandu jieħu t-tmexxija għall-test. Iżda Delia ma jridx jaf u fuq Times Talk ikkonferma li hemm sezzjoni fil-partit li ma tridx taċċetta l-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-partit.

“There’s a section of the party and the electorate which remains reluctant to accept my position in the party. By going for an actual vote of confidence today what do you achieve?”

Adrian Delia reġa’ ħareġ jattakka lid-deputati tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fosthom Simon Busuttil innifsu, Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Chris Said, Beppe Fenech Adami, Therese Comodini Cachia u Claudette Buttigieg.

B’analoġija ma’ team tal-football, Delia qal li mhux kuntent bid-deputati li sab meta laħaq kap u ma jistax jaħdem magħhom.

“A coach needs to actually first choose the players he wants to be with. It’s very difficult for a coach to work with a team he already found there.”

Huwa kompla jattakka l-fazzjoni ta’ Busuttil, u qal li huwa ffrustrat b’dawn id-duputati.

Fl-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju, Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfiet elettorali.

Quddiem dawn ir-riżultati, il-messaġġ ta’ Delia lin-Nazzjonalisti kien li issa huwa zmien il-Partit Laburista li jirbaħ.

Labour is winning, not Pn its losing. Its time of labour.

 

 

Send this to a friend