Nicole Buttigieg – Page 54 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

ARA: Ittra lill-ogħla esponenti Nazzjonalisti tikkonferma li l-Kumitat Mosti tilef il-fiduċja fit-tmexxija tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista nqabad f’gidba kbira oħra meta l-Ħamis filgħaxija ħareġ stqarrrija b’reazzjoni għal storja ta’ ONE News li fiha qal li l-kumitat Sezzjonali tal-Mosta ma approva l-ebda mozzjoni ta’ sfiduċja fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Madankollu lanqas laħqu għaddew tnax-il siegħa li sorsi fil-Partit Nazzjonalista żvelaw magħna ittra uffiċjali li bagħat il-kumitat sezzjonali Mosti lill-ogħla tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li fiha ddikjara li impossibbli li jibqgħu siekta.Aqra aktar

Michelle Muscat se tgħum 14-il kilometru fit-13 ta’ Lulju

Bit-tema Tail’s End, mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Nuscat se twettaq l-akbar sfida ta’ 14-il kilometru ta’ għawm mal-kosta fit-Tramuntana tal-pajjiż. Is-Sinjura Muscat se tisfida l-kurrenti fit-13 ta’ Lulju, f’baħar miftuħ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Hija spjegat li r-rotta se tkun deċiża skont it-temp.

Din hija l-ħames darba li s-Sinjura Muscat se tkun qed tagħmel din l-inizjattiva bl-aħħar waħda tkun dik mill-Qawra sal-Għadira. Il-kowċ tas-sinjura Muscat, Anna Calleja, iddeskriviet lil Michelle Muscat bħala persuna eżemplari u tieħu din l-isfida b’serjeta kbira tant li titħarreġ kwazi kuljum għaliha. Sena wara l-oħra, Michelle Muscat daħlet għal din l-isfidna biex jinġabru flus għall-Fondazzjoni Marigold li tgħin bosta għaqdiet f’pajjizna fosthom l-ispecial olympics.Aqra aktar

Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli infexx jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busutti. Waqt programm li għandu kuljum fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista tal-analiżi tal-ġurnali, Pierre Portelli attakka lid-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talli skontu illikjaw l-informazzjoni ta’ x’ingħad waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lill-midja.

Huwa qal li “The Malta Independent jagħtina storja ta’ dak li ġara fil-grupp tal-Partit Nazzjonalista. Kollox illikjat mid-Deputati Nazzjonalisti u jgħidu li l-maġġoranza tal-MPs jgħidu li ‘Delia must go'”. Aqra aktar

FILMAT: Jiżvela b’mod dirett li waqaf minn fuq il-midja tal-PN minħabba Pierre Portelli

Il-Preżentatur Andrew Attard twaqqaf milli jxandar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista wara 21 sena. Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li waqqaf lil Andrew Attard, magħruf bħal Indri, milli jxandar fuq l-istazzjon radjufoniku tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar programm tiegħu nhar il-Ġimgħa li għadda fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Attard ikkomunika din l-aħbar mas-semmiegħa tiegħu b’mod dirett.Aqra aktar

Arrigo jgħid li Debono qed iwaqqa’ l-PN fil-baxx

Il-Kordinatur Politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono qiegħed iwaqqa’ lill-Partit Nazzjonalista fil-baxx. Hekk iddikjara l-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo. Arrigo għamel din id-dikjarazzjoni iebsa fuq il-profil ta’ Facebook ta’ Maria Portelli li ikkontestat l-elezzjoni ġenerali fuq id-distrett ta’ Għawdex.

Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli kellem lil Portelli sabiex iħeġġiġha tieħu s-siġġu parlamentari flok David Stellini, li irrizenja mill-Parlament. Dan minħabba l-fatt li l-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma riditx lil Kevin Cutajar jiġi elett fil-Parlament.

Maria Portelli ħarġet tappoġġja lil Kevin Cutajar u weġibha Robert Arrigo.

Huwa kiteb – Hekk hu ġust u xieraq. Qatt u qatt ma kellna ninżlu baxx daqshekk minħabba Jean Pierre Debono. Il-battibekk bejn Arrigo u Jean Pierre Debono ilu għaddej aktar minn ġimgħa.
Il-ġimgħa li għaddiet f’botta diretta lejn Jean Pierre Debono Arrigo għalaq billi talab għar-riżenja ta’ dak li ddeskriva bħala “xitan”. Aktar kmieni matul il-jum Arrigo saħansitra qabbel lil Jean Pierre Debono u lil martu Kristy Debono ma’ lpup.

BIL-FILMAT: Delia jkompli jattakka lill-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia uza l-intervista li kellu fuq il-midja nazzjonalista l-Ħadd filgħodu sabiex ikompli jattakka lill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li tridu jwarrab  minn Kap Nazzjonalista.

Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar zewġ telfiet elettorali fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali.

Izda Delia kellu messaġġ ċar u qal li dawn in-nies, b’referenza għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ma jistgħux jikkritikaw biss.

“Nies li iridu jagħtu u mhux biss li jikkritikaw biss.”

Attakka wkoll l-istituzzjonijiet fi ħdan l-Partit Nazzjonalista li ħarġu jikkritikawh. Fosthom il-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista, il-Forum tal-Professjonisti u l-fergħa tal-anzjani fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, l-APAN.

“L-istrutturi jitkellmu biss meta jkun hemm id-diffikultajiet ovvji.”

Adrian Delia għandu sejħiet fil-Partit Nazzjonalista, mod partikolari mid-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, sabiex jerfa ir-responsabilita politika u jirrizenja minħabba li t-tmexxija tiegħu waslet biex il-Partit Nazzjonalista iġarrab l-ikbar zewġ telfiet elettorali.

Biz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MZPN, ukoll talbu għar-rizenja ta’ Adrian Delia u t-tmexxija.

Izda biex isalva ġildu fit-tmexxija tal-partit nazzjonalista, Adrian Delia qalilhom li l-Partit ilu zmien twil jitlef l-elezzjonijiet minn zmien Lawrnece Gonzi u Simon Busuttil.

“Ma rbaħniex elezzjoni waħda tal-Ewropa l-PN kemm ilhom isiru. Fil-Kunsilli lokali ilna ma nirbħu waħda 20 sena.”

Adrian Delia attakka ukoll lid-deputati nazzjonalisti, partikolarment lil dawk li ilmentaw li l-grupp parlamentari ilu ma jiltaqa’ minn April. Bl-iskuza ta’ Delia tkun li jitkellmu ftit minuti.

“Il-grupp parlamentari tagħna ma jridx jiltaqa’ biex sempliċiment iltaqa’ jew biex jgħidu li ma ltqajniex biex imorru l-Parlament u nitkellmu ftit minuti kuljum jew ftit sigħat fil-ġimgħa.”

B’reazzjoni, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li f’ġimgħa fejn il-firda fil-Partit  Nazzjonalista dehret aktar fiċ-ċar minn qatt qabel, Adrian Delia baqa’ ma tgħallem xejn.

Qal li huwa inutli li Delia jipprova jagħmel ballun politiku l-inċident li seħħ is-Sibt filgħodu fil-Mellieħa biex jipprova jiskorja xi punti politiċi.

Qal li jkun aħjar jindirriza  l-isforzi tiegħu u jipprova jipproponi  miżuri tajbin għall-pajjiz bħala  Gvern alternattiv.

Sostna li l-unika darba li Delia tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal dan il-pajjiż waqt intervista tal-Ħadd,  kienet meta rrepeta li hu kontra l-proġett li jsiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna b’investiment ta’ 700 miljun  ewro.

Dan minkejja li din kienet imwegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista sentejn ilu.

Send this to a friend