Milaine Buhagiar

Inawgurat ġnien fuq il-bejt tal-Valletta Design Cluster

Fuq il-bejt tal-Valletta Design Cluster infetaħ ġnien ġdid.

Il-Valletta Design Cluster huwa spazju għall-artisti li nfetaħ m’ilux wara restawr f’dik li kienet il-biċċerija l-antika.Aqra aktar

Kooperazzjoni ġdida ma’ tmien Universitajiet Taljani se tagħti opportuntajiet kbar lil studenti u gradwati fit-teknoloġija

Ftehim bejn TECH.MT, l-Università ta’ Malta, u fost l-aqwa universitajiet fl-Italja, se jippermeti biex studenti li bħalissa qed jispeċjalizzaw fit-teknoloġija jkollhom opportunitajiet ta’ impjieg aħjar kif itemmu l-istudji tagħhom.Aqra aktar

Sejħa oħra biex l-ideat jiġu kkumerċjalizzati

Ġie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Università ta’ Malta sabiex ssir għotja finanzjarja ta’ mitt elf ewro lir-riċerkaturi sabiex l-ideat tagħhom ma jibqgħux fuq il-karta u jiġu kummerċjalizzati.

Dan permezz ta’ kompetizzjoni bl-isem ta’ Takeoff Seed Fund Award fejn dawk kollha li japplikaw u jirbħu l-premju, se jkollhom l-opportunità li jgawdu minn għotja ta’ bejn il-ħames t’elef u l-ħamsa u għoxrin elf ewro.

Aqra aktar

Il-Gvern jagħti €300,000 lil Victim Support Malta biex din tgħin vittmi ta’ fastidju sesswali

Fix-xahar li jfakkar l-għarfien fuq il-vjolenza domestika ġie mniedi ftehim fejn se jingħata fond ta’ madwar tliet mitt elf ewro sabiex jiġu mgħejjuna nies li kienu vittmi ta’ fastidju sesswali.

Dan il-ftehim, li huwa mifrux fuq tliet snin, sar bejn il-Ministeru għas-Solidarjetà, il-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u l-organizzazzjoni mhux governattiva Victim Support Malta.

Sarah Jane Mifsud minn Victim Support Malta spjegat kif fl-aħħar seba’ snin l-organizzazzjoni għenet iżjed minn mitejn u ħamsin familja permezz tal-erba’ servizzi li toffri.

Aqra aktar

Send this to a friend