Milaine Buhagiar

Allegatament għadda informazzjoni tal-pulizija lill-żewġ avukati

Fil-Qorti nstema’ l-każ tal-Ispettur Elton Taliana ta’ 41 sena u li bħalissa jinsab sospiż mill-Korp, li qed jiġi akkużat li li għadda informazzjoni lill-Avukat ta’ Yorgen Fenech dwar investigazzjoni ta’ Julian Hofstra. Dan kien issemma wkoll f’rekordings ta’Melvin Theuma b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

Sħubija m’assoċjazzjoni internazzjonali tiftaħ beraħ l-opportunitajiet għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta  

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ pajjiżna ssieħbet mal-ikbar organizzazzjoni tal-Arti Performattiva fl-Ewropa magħrufa bl-Ingliż bħala Performing Arts Employers Association League.

Dan wara li din l-assoċjazzjoni rrikonoxxiet ix-xogħol eċċellenti li qed isir minn naħa tal-Orkestra ta’ pajjiżna.

Pajjiżna se jkun fost għaxart elef organizzazzjoni tal-Arti Performattiva li għandhom l-opportunità li fost oħrajn jieħdu sehem f’konferenzi, jagħmlu użu minn fondi speċjali kif ukoll jirċievu gwida mingħand esperti barranin.

Ma’ ONE News, il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Sigmund Mifsud, stqarr li issa l-Orkestra se tkun tista’ tagħti vuċi lill-artisti Maltin fuq livell internazzjonali.

Qal, “Din hija organizzazzjoni importanti, organizzazzjoni li rrikonoxxiet ix-xogħol li l-orkestra tagħna qegħda tagħmel lokalment u ovvjament aħna ninsabu konvinti li nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna biex fis-sitwazzjoni li ħa naffaċċjaw ’il quddiem u nkunu nistgħu niddiskutu l-ideat tagħna u ovvjament nifhmu wkoll fis-settur internazzjonali l-affarjiet li qed jiġu diskussi biex nissalvagwardjaw is-settur kulturali”

Mifsud stqarr li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ pajjiżna rnexxielah twassal is-sinfoniji tagħha virtwalment lil iżjed minn ħames miljun persuna.

Qal, “Aħna bħala orkestra nħossuna responsabbli li mhux biss ngħinu fix-xogħol tagħna bħala orkestra pero bħala orkestra qegħdin nipprovaw nsibu soluzzjonijiet ta’ kif nistgħu ngħinu aktar l-artisti inġenerali billi naraw kif nistgħu nikkollaboraw ma’ artisti individwali biex noffru l-appoġġ li tant għandhom l-artisti tagħna.”

Id-Direttur tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali, Anita Debaere tenniet li tinsab kuntenta li l-Orkestra ta’ pajjiżna issa qed tagħmel parti mill-kappa t’assoċjazzjoni  li tista’ tiftaħ iżjed beraħ l-opportunitajiet għall-mużiċisti tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Send this to a friend