Milaine Buhagiar

Investiment ta’ €42,000 għar-restawr ta’ erba’ pitturi li jinsabu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

B’investiment ta’ €42,000 u ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-parroċċa tal-Mellieħa, se jiġu restawrati erba’ pitturi reliġjużi tal-artist Gaetano Calleja.Aqra aktar

Il-kumpanija Trelleborg tispjega lill-PM bil-proġett t’espansjoni u investiment

Il-kumpanija Trelleborg ħabbret pjan ta’ espansjoni tal-operat tagħha u t-tmexxija tal-kumpanija spjegat dan l-investiment lill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara li għamel fil-fabbrika.

Fil-fatt, din il-kumpanija se tkun qiegħda tespandi l-ispazju ta’ produzzjoni tagħha b’total ta’ sitt elef tliet mija u ħamsa u ħamsin metru kwadru, wara li għamlet investiment ta’ ħmistax-il miljun ewro fl-aħħar ħames snin.

Din il-kumpanija tipproduċi ħamsa u għoxrin miljun O-Ring fil-ġimgħa li sussegwentament jiġu esportati fi swieq barranin.

Fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far, il-Prim Ministru, Robert Abela fisser is-settur tal-manifattura bħala pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija li wera reżiljenza waqt kriżi dinjija li ġabet il-pandemija.

Il-Prim Ministru qal li b’total ta’ kważi biljun ewro, is-sena l-oħra s-settur tal-manifattura kellu valur miżjud ftit ogħla mis-sena ta’ qabel, filwaqt li fil-bqija tal-Ewropa l-valur miżjud tal-manifattura naqas b’sitta punt ħamsa fil-mija.Aqra aktar

Tista’ titħarreġ fuq l-ewwel għajnuna fit-triq jekk iġġib il-liċenzja dan is-sajf

Mitejn żagħżugħ u żagħżugħa li se jġibu l-liċenzja tas-sewqan fix-xhur tas-sajf se jkollhom l-opportunità li jitħarrġu b’xejn fuq kif għandha tingħata l-ewwel għajnuna fit-triq f’każ ta’ bżonn.

Dan permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ msemmija ‘Embrace Life’ li se jkunu qegħdin jitmexxew mill-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq flimkien mal-għaqda tas-Salib l-Aħmar.

Waqt konferenza fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella, qal li l-Fédération de la Automobile, l-FIA, tat il-fondi sabiex isir dan il-kors.Aqra aktar

Lettur fi ħdan l-Università ta’ Malta tisħaq fuq l-importanza li nuru rispett lill-anzjani u ninkluduwhom iżjed fis-soċjetà

Ktieb bl-isem ta’ Global Aging: Comparative Perspectives on Aging and the Life Course, li fih jiġbor il-perspettivi ta’ kif bniedem jikber fl-età u l-effetti tal-aspetti soċjali fuq l-identità, ngħata l-premju ta’ ktieb tas-sena fl-Istati Uniti għall-elfejn u għoxrin.  Kapitlu sħiħ minnu, ‘Towards an Age-Friendly Urban and Housing Policy in Malta’, inkiteb minn żewġ akkademiċi Maltin u jiffoka fuq kif is-soċjetà għandha tinkludi lil dawk akbar fl-età u tikkunsidra l-ġid li dawn għamlu għall-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend