Milaine Buhagiar

Il-Maġistrat Mifsud jagħti tagħlima lil żewġ żgħażagħ li nstabu ħatja b’serq

Żagħżugħ u żagħżugħa li għandhom bejn is-sittax u t-tmintax-il sena, li kien nstabu ħatja li serqu mobile minn ristorant fir-Rabat Għawdex u kissruh, ingħataw libertà kkundizzjonata bil-kundizzjoni li dawn ma jwettqux reat ieħor fi żmien tliet snin.

Huma ġew ordnati wkoll iħallsu tal-ħsarat li kkaġunaw fuq il-mobile fi żmien sitt xhur fejn il-ħsara totali hija stmata li tammonta għal tmien mija u ħamsa u għoxrin ewro.

Fil-Qorti t’Għawdex, l-ġuvni tenna kif huwa ma kellux impjieg u esprima x-xewqa li jaħdem fis-snajja.

Kien għalhekk li l-Maġistrat Joe Mifsud ssuġġerilu jitħarreġ f’dan is-settur fl-MCAST.

Il-Maġistrat wissa liż-żgħażagħ sabiex dawn ipoġġu moħħhom hemm u jistudjaw għaliex b’hekk jista’ jkollhom future aħjar.

Inċentivi finanzjarji għall-bdiewa u l-produzzjoni tagħhom

Il-Ministru għall-Biedja Anton Refalo ħabbar skema li se tipprovdi inċentivi finanzjarji lill-bdiewa sabiex jamministraw pjan ta’ produzzjoni li huwa bbażat fuq il-provvista u d-domanda tas-suq lokali.Aqra aktar

Jinħelsu wara li waqqgħu l-akkużi kontra xulxin

Christopher Casaletto ta’ tlieta u erbgħin sena u Raymond Galea ta’ ħamsa u ħamsin sena inħelsu mill-akkużi kontrihom wara li kienu mixlijin li ħebbew għal xulxin.

Il-Qorti semgħet kif lura f’Settembru tal-elfejn u sbatax f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Furjana, kien inqala’ argument bejn iż-żewgt irġiel wara li Galea allegatament ħa tornavit minn ġo barmil.

Intqal kif wara li ż-żewġt irġiel spiċċaw jiġġieldu, Casaletto u Galea kellhom ġrieħi f’wiċċhom u spiċċaw l-isptar.

Iż-żewġ imputati kienu taħt att t’akkuża fi proċeduri separati iżda t-tnejn li huma għażlu li ma jixhdux fil-Qorti sabiex ma jinkriminawx ruħhom.

Huma rtiraw l-akkużi fil-konfront ta’ xulxin.

Proġett akkwatiku tas-Sirens se jitlesta fil-ħin

B’investiment ta’ tliet miljun ewro, x-xogħol fil-faċilità tal-isport akkwatiku tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar għaddej ġmielu u mistenni jitlesta fil-ħin għall-istaġun tas-sajf.Aqra aktar

Send this to a friend