Milaine Buhagiar

Investiment ta’ €75,000 għal tagħmir ġdid għall-Protezzjoni Ċivili

B’investiment ta’ ħamsa u sebgħin elf ewro id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili f’Delimara se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ tagħmir ġdid.

Waqt żjara mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri u l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, Michael Farrugia, intqal kif inxtraw vetturi għall-istazzjon ta’ Delimara.Aqra aktar

Spazju miftuħ ġdid f’Tigne

Mas-sebat elef metru kwadru t’art li kienet ġnien ta’ batterija militari f’Tigne se tinbidel fi pjazzetta aċċessibbli għall-pubbliku.Aqra aktar

Science In The City dan ix-xahar b’mod differenti

Din is-sena l-festival popolari tax-Xjenza fil-Belt, magħruf aħjar bħala ‘Science In the City’, ħa jkun qed jsir b’mod differenti mis-snin ta’ qabel minħabba l-imxija.

Din ħa tkun id-disa’ edizzjoni ta’ dan il-festival u ħa jkun qed jinvolvi lill-udjenzi u jqanqal il-ħsieb kritiku u kreattiv ta’ dawk li se jipparteċipaw.Aqra aktar

Ittieħdu 25 azzjoni legali kontra stabbilimenti

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, twettqu tlett mitt spezzjoni fi stabbilimenti tal-ikel, biex jaraw li dawn qed jimxu m’avviż legali

Dawn l-ispezzjonijiet saru mid-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn Ġunju sa Ottubru saru ħamest elef audit u spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel u f’operazzjonijiet turistiċi oħra f’dan ir-rigward.Aqra aktar

Titqiegħed l-ewwel ġebla għal skola ġdida fir-Rabat Għawdex

B’investiment ta’ għaxar miljun ewro beda x-xogħol fuq il-bini ta’ skola primarja ġdida fir-Rabat Għawdex.

It-Tnejn filgħod tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ din l-iskola li se mistennija tilqa’ fiha madwar sitt mija u ħamsin tifel u tifla.

Għal dan l-avveniment kien hemm fost oħrajn, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, flimkien mal-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri.Aqra aktar

Film Taljan ta’ Netflix jagħżel lil Malta għall-ġbid tiegħu

Il-produtturi ta’ film Taljan b’nefqa ta’ tliet miljun ewro għażel lil Malta bħala l-post għall-ġbid tiegħu.

Dan il-film bl-isem ta’ Repubblica dell’Isola delle Rose, u li ħa jintwera fuq Netflix huwa bbażat fuq storja vera ta’ inġinier li fl-elf disa’ mija u tmienja u sittin bena gżira ħdax-il kilometru ‘l barra mill-Italja u ddikjaraha indipendenti, f’dik li kienet sfida diretta lill-awtoritajiet Taljani.Aqra aktar

Send this to a friend