Milaine Buhagiar

Jgħid li d-dinja hija battalja bejn it-tajjeb u l-ħażin u juża din l-idea sabiex itella’ esebizzjoni

Lil hinn mill-arti sagra li l-artist Jennings Falzon huwa normalment magħruf għaliha, l-esebizzjoni l-ġdida tiegħu, ‘Elementi’, titratta ħolma u battalja bejn it-tajjeb u l-ħazin.

Quddiem din l-esebizzjoni, Falzon spjegalna l-uzu tas-seba’ elementi prinċipali fl-arti fosthom, Il-linja, il-forma, il-kulur kif ukoll il-valur.Aqra aktar

Żewġ festivals kulturali għall-artisti lokali

Matul ix-xahar ta’ Lulju se jkunu qegħdin jittellgħu l-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival, żewġ festivals li se jagħtu pjaċir lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika u l-kulturaAqra aktar

Tgħanni biċċa mill-għanja tal-banju li kienet tintuża fl-antik waqt il-ħasil tal-ħwejjeġ

Fil-qalba u fil-ħemda tal-belt tas-Siġġiewi, ħames anzjani nisa mimlijin ħajja, se jirrakkontaw stejjer tal-passat fi produzzjoni teatrali.

“F’Ħakka t’Għajn”, hija produzzjoni teatrali li qed issir b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, bħala parti minn riċerka ikbar li tinvolvi bosta pajjiżi.Aqra aktar

Se ssir riċerka biex jonqos l-impatt negattiv fuq speċi ta’ għasafar f’riskju li jiġu estinti

B’investiment ta’ tliet miljun u nofs ewro, li aktar minn żewġ miljun minnhom huma fondi Ewropej, riċerka bl-isem ta’ Life Pan Puffinus se tara li jiġu protetti żewġ speċi ta’ għasafar li jinsabu f’riskju li jiġu estinti.Aqra aktar

3 bolol li se jfakkru ż-żmien tal-Prinċep Filippu f’Malta

Sabiex jitfakkar il-mitt sena mit-twelid tal-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh, li miet fid-disgħa ta’ April li għadda fl-età ta’ disgħa u disgħin sena, il-kumpanija MaltaPost qed toħroġ sett ta’ tliet bolol.

Tnejn minn dawn il-bolol juru xeni differenti minn żmien li l-Prinċep kien jgħix Malta waqt li kien qiegħed iservi fl-Ammirjaljat Ingliż.

Aqra aktar

Send this to a friend