Matthew Farrugia – Page 4 – One News

Matthew Farrugia

Notifiki

Investiment biex is-settur tal-biedja jibqa’ ħaj

Waqt l-estimi finanzjarji tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, il-Ministru Anton Refalo qal li kienet sena ferm impenjattiva għal dan il-Ministeru. Spjega li minkejja d-diversi sfidi li ġabet magħha l-pandemija, il-Gvern irnexxielu jsalva is-settur vulnerabbli tal-agrikultura.

Aqra aktar

Art ġdida għal Victoria Wanderers fir-Rabat Għawdex

Wara stennija ta’ aktar minn tletin sena, il-klabb tal-futbol Għawdxi, Victoria Wanderers, se jibbenifika minn art ġdida biex ikun jista’ jiżviluppa l-faċilitajiet sportivi tiegħu, wara li l-Gvern għaddielu tliet mija u ħamsa u għoxrin metru kwadru ta’ art fir-Rabat Għawdex b’ċens ta’ ħamsa u erbgħin sena.Aqra aktar

Qed isir investiment fil-ġustizzja u reviżjoni fil-liġi tad-divorzju

‘Kien budget straordinarju fi żmien straordinarju’. Dawn kienu kliem il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis waqt l-estimi finanzjarji ta’ dan il Ministeru għall-budget tas-sena d-dieħla.

Spjega wkoll kif l-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku, l-OECD, antiċipat li l-ekonomija Maltija se tiċkien bi ftit iktar minn nofs ta’ dik tal-bqija tal-pajjiżi fl-Ewropa.Aqra aktar

Jisħqu fuq l-importanza tat-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ndirizzaw konferenza virtwali tal-Assoċjazzjoni għal min iħaddem. Hawn ġew diskussi fost l-oħrajn, l-importanza tad-diġitalizzazzjoni kif ukoll it-tiġdid tal-ħiliet għall-intrapriżi sabiex jikbru u jaddattaw għall-ġejjieni.Aqra aktar

Send this to a friend