Matthew Farrugia

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li weġġa’ gravi lis-sieħeb ta’ bintu

Joseph Spiteri ta’ 64 sena mill-Kalkara tela’ quddiem il-Qorti mixli b’diversi akkużi.

Huwa ġie akkużat li fit-2 ta’ Jannar ikkaġuna feriti gravi fuq is-sieħeb ta’ bintu, ġarr fuqu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u kiser l-paċi pubblika.

L-imputat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.

Aqra aktar

Jinħeles mill-arrest wara li allegatament ta daqqa ta’ martell lil raġel ieħor

Christian Lawrence Desira ta’ 35 sena tressaq il-Qorti mixli li allegatament ikkawża ġrieħi lil Alin Mircea Ladariu mir-Rumanija u lil Luis Pierino Vargas Garcia mill-Kolombja.

Fil-Qorti nstema’ kif Desira jaħdem bħala xufier u fl-ewwel tas-sena rikkeb lil Garcia u Ladariu fil-karozza tiegħu. Jidher li ż-żewġt irġiel ma għoġbithomx it-triq li għażel li jieħu l-imputat u dawn ħarġu mill-karozza u kkawżaw ħsara fuq il-vettura.Aqra aktar

ARA: Artist Malti jesponi t-talenti tiegħu f’Washington

Jennings Falzon huwa artist li dan il-Milied kellu l-opportunità jesporta t-talent tiegħu barra l-pajjiż, hekk kif intagħżel biex jibni presepju li ġie esebit fil-Mużew tal-Bibbja fl-Istati Uniti.Aqra aktar

Tfajla ta’ 16-il sena mill-Birgu tippubblika ktieb bil-poeżiji tagħha

Martha Agius hija tfajla mill-Birgu li ftit xhur ilu lestiet l-istudji tagħha mill-Iskola Sekondarja tal-Verdala, iżda minkejja l-età żgħira ta’ sittax-il sena, din għadha kemm ippublikat ktieb tal-poeżiji.Aqra aktar

Send this to a friend