Matthew Farrugia – Page 3 – One News

Matthew Farrugia

Notifiki

App ġdida dwar il-karrieri fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora nieda app għal fuq il-mobile bla ħlas, bil-għan li jissaħħu l-ħiliet taż-żgħażagħ fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffery Pullicino Orlando, spjega li hawn nuqqas ta’ ħiliet f’dawn l-oqsma importanti, iżda din l-isfida tista tiġi indirizzata permezz tal-edukazzjoni u l-informazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo sostna dwar l-importanza li jkun hawn iżjed studenti li jistudjaw f’dawn l-oqsma biex ikollna ekonomija diversifikata u diġitali.

Aqra aktar

Titnieda kampanja ta’ informazzjoni għal wara l-perjodu tranżitorju ta’ Brexit

F’konferenza virtwali, il-Gvern nieda kampanja ta’ informazzjoni rigward BREXIT. Dan fid-dawl tat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għar-Renju Unit li jinsab ħamsin ġurnata ‘l bogħod.

Il-Ministru għall-Affarjiet Ewropeju Barranin, Evarist Bartolo qal li l-isfidi li jġib miegħu Brexit mhumiex se jkunu faċli, iżda bħala pajjiż nistgħu inkunu preparati billi ninfurmaw ruħna b’mod konsistenti. Żied jgħid li n-negozjati staġnati u ż-żmien li dejjem jagħfas jimbuttawna sabiex inkunu preparati għal kull xenarju.

Waqt li wissa li f’inqas minn xahrejn se jibda jinħass l-effett ta’ din il-firda, il-Ministru Bartolo sostna li Malta xorta waħda se timmira li żżomm ir-relazzjoni viċin mar-Renju Unit. Dan billi ninnegozjaw b’mod dirett mar-Renju Unit fuq setturi li ma jikkonċernawx l-Unjoni Ewropea, b’mod speċjali fis-settur tas-saħħa.

Aqra aktar

€6.5 miljun għal proġetti fil-lokalitajiet

Il-programm LEADER se jgħin għaqdiet volontarji u kunsilli lokali fix-Xlokk u l-Majjistral ta’ Malta, kif ukoll f’Għawdex iwettqu proġetti li se jgħinu l-komunitajiet rispettivi tagħhom. Il-programm fil-fatt se jagħti aktar minn sitt miljun ewro ġejjin minn fondi Ewropej għal dan l-għan.Aqra aktar

Imfakkra l-vittmi tal-Gwerra f’Jum it-Tifkira

Malta fakkret il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna. Għal din attendew il-President ta’ Malta George Vella u martu, is-Sinjura Miriam Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia, flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.Aqra aktar

€2.5M għar-raħħala biex jiġġieldu l-isfidi tal-Covid

Il-Gvern se jalloka żewġ miljuni u ħames mitt elf ewro fi skema li se tgħin lil madwar seba’ mitt raħħal jikkumpensaw id-diffikultajiet finanzjarji li ħabbtu wiċċhom magħhom minħabba l-imxija tal-COVID-19.

Din l-iskema tfisser li l-Gvern se jkun alloka mal-erba’ miljun ewro għar-raħħala f’settur li affaċċja diversi sfidi fl-aħħar xhur.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri spjega li din l-iskema hija maħsuba biex kulħadd jieħu xi tip ta’ għajnuna minħabba t-tbatijiet li ġabet magħha l-pandemija.

Aqra aktar

Jitneħħew 95 tunnellata ta’ speċi ta’ pjanti aljeni f’Malta

F’Malta tneħħew ħamsa u disgħin tunnellata ta’ speċi ta’ pjanti aljeni fl-elfejn u għoxrin. Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia waqt tnedija ta’ strateġija nazzjonali maħsuba biex jiġi mħarsa il-bijodiversità Maltija imfassla mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Il-Ministru Farrugia spjega li Malta hija vulnerabbli ħafna għal invażjoni minn organiżmi aljeni minħabba li gżira. Għalhekk, sar ħafna xogħol sabiex jitneħħew dawn l-ispeċi eżistenti f’pajjiżna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, Michelle Piccinino spjegat kif din l-istrateġija se twassal għal inqas telf ta’ bijodiversità.

Aqra aktar

Il-Fondazzjoni Inspire tirċievi €150,000 f’għajnuna mill-Gvern

Bħala parti minn pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Fondazzjoni Inspire bdiet tirċievi mal-mija u ħamsin elf Ewro. Din l-iskema hija mmirata sabiex tikkumpensa l-impatt li diversi għaqdiet volontarji qed isofru kawża tal-pandemija. Din hija l-ikbar somma f’investiment dirett li qatt sar fis-settur volontarjat.

Fi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Inspire, is-Segretarju Parlamentari għall-Volontarjat, Clifton Grima spjega li d-diversi servizzi li toffri din il-fondazzjoni jagħtu kontribut importanti lis-soċjetà Maltija.

Aqra aktar

Send this to a friend