Matthew Farrugia

Notifiki

Jinfetħu l-uffiċini rinovati tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

Tlesta r-rinovar fl-uffiċini tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bil-għan li jingħata servizz aħjar lill-Karkariżi.

Fil-ftuħ ta’ dawn l-uffiċini, intqal kif Birkirkara hija lokalità importanti fiċ-ċentru ta’ Malta, li b’popolazzjoni ta’ madwar erbgħa u tletin elf persuna, għandha realtajiet uniċi.

Is-Sindku ta’ Birkirkara, Joanne Debono Grech sostniet li l-Kunsilliera  u l-ħaddiema tal-Kunsill jeħtieġu l-aqwa ambjent biex fih jaqdu lir-residenti.

Aqra aktar

Fl-aħħar erba’ snin 54% ta’ binjiet ta’ housing soċjali ngħataw dawra tajba

Mill-2017, il-Gvern wettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ f’madwar sitt mitt blokka ta’ akkomodazzjoni soċjali. Hekk intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ħal Mula fejn ingħata rendikont ta’ dawn ix-xogħlijiet.Aqra aktar

L-MFSA b’kampanja edukattiva dwar servizzi bankarji diġitali

Is-settur bankarju kien fost l-aktar setturi li qelbu l-operat tagħhom għal wieħed diġitali minħabba l-pandemija, iżda din il-bidla kellha bżonn ukoll l-għarfien neċessarju sabiex kulħadd ikun jaf jagħmel l-aħjar użu minn dawn is-servizzi.Aqra aktar

Il-ballu tal-Qamar t’Awwissu se jsir fil-21 ta’ Awwissu

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San Anton tħabbar li l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu se jsir fil-wieħed u għoxrin t’Awwissu, propju lejliet il-qamar kwinta. Dan se jkun it-tieni ballu waqt pandemija.Aqra aktar

Send this to a friend