Leanne Abela Grech – Page 73 – One News

Leanne Abela Grech

Notifiki

Ċelebrazzjonijiet fir-Rabat għall-Festa ta’ San Ġużepp

It-tfal jifirħu bil-karti mitfuha mill-gallarija jakkumpanjaw il-banda kif ukoll daqq ta’ marċi poplari ikaraterizzaw it-toroq ċentrali Rabtin. Atmosfera ta’ festa ċċelebrata mir-Rabtin kif ukoll minn Maltin u turisti, li ma jitilfux l-okkżżjoni li jgawdu dan il-jum minkejja li t-temp mhux fost l-aqwa li kien dan l-aħħar.

Rabti li kien qed josserva l-atmosfera qal kif ir-Rabtin ma jħallux it-temp jaffetwahom basta jgawdu l-festa tal-patrun.

Aqra aktar

Malta b’korsa tal-atletika tal-ogħla livell

B’investiment ta’ madwar €700,000 ewro, Malta għandha korsa tal-atletika fil-Marsa li tista’ tibda tilqa’ fiha kompetizzjonijiet ta’ livell internazzjonali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sports Malta Mark Cutajar ddeskriva l-proġett bħala wieħed ambizzjuż. Qal li bix-xogħol li sar, pajjiżna jista’ jibda jtella’ kompetizzjonijiet tal-ogħla livell wara li ġiet iċċertifikata mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika.

Aqra aktar

Sistemi inovattivi tal-enerġija fis-suq Malti

Kulma jmur l-innovazzjoni f’sistemi ta’ enerġija li tiġġedded qed tkompli tavvanza b’kumpanija lokali qed timporta f’Malta sistema li mhux biss tagħti eżekuzzjoni tal-enerġija massima iżda tnaqqas il-konsum elettriku kif ukoll l-impatt ambjentali.

ONE news tkellem mal-inġinier tal-LG, Leonardo Catanzaro, li spjega li s-sistema għandha sensors li jaqraw it-temperatura u l-umdità ta’ barra biex tkun tista’ tikkontrolla t-temperatura ta’ ġewwa.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Is-settur privat jimbarka fit-taħriġ tal-gaming

B’aktar minn seba’ mitt post battal fl-industrija tal-gaming f’Malta, il-kumpanija iga training b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija nediet kors b’kwalifika akkreditat f’livell erbgħa bil-għan li jħeġġeġ aktar Maltin jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ dan is-settur li jirrappreżenta aktar minn għaxra fil-mija tal-ekonomija Maltija.

Aqra aktar

Id-dritt tal-konsumatur għal prodotti ġodda

F’konferneza organizzata mill-Awtorità għall-kompetizzjoni u l-konsumatur, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Deo Debattista, tkellem dwar l-avvanzi tat-teknoloġija. Hija sitwazzjoni inevittabbli li nikkonsmaw prodotti b’sistemi intelliġenti. Dan iwassal biex il-konsumatur għandu jkun aktar konxju ta’ dawn l-avvanzi.

“Affarijiet mhux negattivi  iżda li jista’ b’xi mod xi ħadd jagħmel użu differenti mill-iskop oriġinali aħna naraw biex niddefendu l-konsumatur flimkien mal-kumplament tal-ewropa”

L-edukazzjoni hija parti kruċċjali biex il-konsumatur ikun infurmat dwar il-benefiċċji ta’ dawn il-prodotti iżda wkoll dwar ir-riskji li ġġib magħha din il-bidla.

Iċ-Chairperson tal-awtorità għall-kompetizzjoni u l-konsumatur, Helga Piccuto, qalet li qed isiru bidliet legali. Semmiet kif l-Awtorità trid tkun proattiva u li jantiċipaw problemi biex jindirizzawhom.

Ic-Chairperson qalet ukoll li l-prefernza għax-xiri minn fuq l-internet qed dejjem jiżdied. L-Awtorità tirċievi wkoll ilmenti dwar ix-xiri minn fuq l-internet. Minkejja li n-numri ta’ ilmenti mhumiex allramanti, Malta qegħda parti minn grupp ta’ għaqdiet ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea dwar il-konsumatur.

“Għandna wkoll sezzjoni li taħdem propju biex tindirizza lmenti fuq affarijiet li jkunu nxtraw online minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea”

Ix-xiri minn fuq siti online isir ukoll minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, hawn il-Konsumatur għandu joqgħod aktar attent.

“Minn barra l-ewropa l-konsumatur irid joqgħod aktar attent li qed jixtri minn post li fuq il-website għandu d-dettalji ta’ minn fejn qed jixtri u jipprova jara jekk hemmx reviews negattivi jew pożittivi”

Malta qed tkun minn ta’ quddiem biex tesplora s-suq tat-teknoloġija intelliġenti użata fil-prodotti u b’hekk din il-konferenza kompliet twessa d-djalogu bejn il-partijiet interessati biex jiġi żgurat tisħiħ fil-protezzjoni tal-konsumatur.

Se jaqdfu 200km għar-riċerka dwar il-kanċer

F’Lulju li ġej tletin ċiklist se jaqdfu bir-rota mal elf u mitejn kilometru. Huwa se jibdew bil-vjaġġ  minn Oslo fin-Norveġja u jtemmu l-vjaġġ tagħhom f’Amsterdam f’sebat ijiem.

Iċ-chairperson u wieħed mill-fundaturi ta’ Alive, Nicky Camilleri, qal li sa mit-twaqqif tal-fondazzjoni fl-elfejn u tlettax dejjem ħa sehem f’dan il-vjaġġ li għandu l-għan li jħeġġeġ lill-poplu Malti jikkontribwixxi biex jinġabru fondi għar-riċerka dwar il-kanċer.

“Anke meta fiżikament ma kontx b’saħħti biżejjed, biss ridt inkun hemm jiena nħoss li għandi nħoss il-polz ta’ kull parteċipant li hemm minn xiex ikun għaddej.”

Qal li matul iż-żmien, Malta rat bosta tobba u riċerkaturi jħallu art twelidhom biex ikomplu javvanzaw fir-riċerka tagħhom. Dan wassal biex f’Malta ikun hawn nuqqas ta’ riżorsi b’rabta mar-riċerka fil-kanċer.

“Aħna ridna li nsaħħu l-università ta’ malta, insaħħu r-riċerka hawn malta, l-aktar l-aktar fil-qasam tal-kanċer.”

Fl-elfejn u tlettax ir-rata ta’ persuni f’risku ta’ mard bil-kanċer kien ta’ persuna fost erbgħa, iżda llum ir-rata żdiedet għall-persuna minn kull tnejn.

“Għandi tama kbira li minn Malta jkollna breakthroughs. Kellna breakthroughs, qed ikollna breakthroughs, hemm studji kbar għaddejjin, hemm nies bravi ħafna wara din ir-riċerka u ma għandniex naqtgħu qalbna. fl-aħħar mill-aħħar qed nagħmlu dan l-għan kollu għal poplu malti u għal familji tagħna stess”

 

Malta se tospita l-Kampjonat Mediterranju tal-bowling f’April li ġej

Malta se tospita t-22 edizzjoni tal-Kampjonat Mediterranju tal-Bowling. Fl-ewwel ta’ April se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ bil-kampjonat jibda l-għada u jintemm fis-sitta ta’ April bil-Masters. Malta se tkun qed tiġi rrappreżentata minn Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi u Justin Caruana Scicluna. Caruana Scicluna se jkun qed jiddefendi l-medalja tad-deheb li rebaħ is-sena l-oħra. Sue Abela hija l-unika parteċipanta li ħadet sehem fl-edizzjonijiet kollha.Aqra aktar

Berġa tas-saħħa ġdida f’Tal-Pietà se toffri disa’ servizzi ġodda lill-klijenti

Ġiet inawgurata berġa tas-saħħa fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Tal-Pietà. Is-Sindku ta’ Tal-Pieta, Keith Tanti, qal li l-Kunsill ried li r-residenti ta’ Tal-Pietà kif ukoll ta’ Gwardamanġa jibdew jinqdew aħjar fejn jidħol is-servizz mediku. B’dan il-għan ikontribwixxa billi offra l-ewwel sular tal-bini tal-kunsill għall-użu tal-berġa. Is-Sindku qal li issa, ir-residenti se jingħataw firza ta’ servizzi mediċi, li jinkludu teħid tad-demm, għajnuna għas-saħħa mentali, podjatrija, u oħrajn.Aqra aktar

Send this to a friend