Leanne Abela Grech – Page 67 – One News

Leanne Abela Grech

Notifiki

BIL-FILMAT: Xogħol u tisbiħ f’20 housing estate f’Bormla.

Mija u għaxar familji Bormliżi se jibbenefikaw minn manutenzjoni f’għoxrin blokka ta’ appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali.

Ix-xogħol jinkludi tisbieħ fi sbatax-il blokka b’investiment ta’ tmienja u sebgħin elf ewro u li minnhom se jibbenefikaw disa’ u tmenin familja. Fi tliet oqsma tad-djar oħra se jiġi installat lift għall-aċċessibilità aħjar għar-residenti li jgħixu fihom.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem waħda mill-binjiet f’Bormla, is-Segretarju Parlamentati għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal dan ix-xogħol qed itejjeb il-livell tal-għajxien ta’ mijiet ta’ familji li jgħixu fl-oqsma tad-djar f’Malta u Għawdex.

“Dan juri biċ-ċar anke l-impann tagħna, li lokalità bħalma hija bormla, li hija miżgħuda b’housing soċjali, minħabba li kienet sofriet ħsara kbira fil-gwerra, allura inbena ħafna bini ta’ housing soċjali dak iż-żmien. Allura dawna rridu nindukrawhom, nieħdu ħsiebhom u nsaħħu l-istokk eżistetni li għandna f’din il-lokalità”

Is-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli qalet li bil-kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla ħadmu id f’id sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja għar-residenti Bormliżi.

“Huwa ta’ pjaċir għalina bħala Kunsill Lokali ta’ Bormla ħdima sew u ħdima id f’id kemm mas-Segretarjat u mal-Awtorità tad-Djar sabiex ir-residenti tagħna Ii jgħixu f’dawn il-housing estates, f’dawn il-blokok jgħixu ħajja aħjar, ħajja aktar komda f’ambjent sabiħ”

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li l-għażda tax-xogħlijiet se tkun f’idejn ir-residenti li jgħixu f’dawn l-oqsma tad-djar. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil ta’ madum imkisser, puġġamani ġodda u xoghol ta’ żebgħa fost oħrajn.

Imħabbar traħħis f’29 mediċina f’Malta

Għal darb’oħra, il-Gvern ħabbar roħs fil-mediċini li din id-darba ikopri 29 mediċina differenti. Il-mediċini jinkludu fost oħrajn dawk għall-kura ta’ bosta kundizzjonijiet fosthom għall-osteoporożi, uġigħ newropatiku u kontra l-infjammazzjoni, pressjoni fl-għajnejn, impotenza fl-irġiel u mediċini kontra l-uġigħ.

F’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Awtorità tal-Mediċini, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, qal li r-roħs kien possibbli permezz ta’ strateġija bejn l-Awtorità u d-distributuri lokali u internazzjonali tal-mediċini.Aqra aktar

41 mejta wara nirien f’ajruplan fir-Russja

41 persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-linja tal-ajru nazzjonali Russa Aeroflot inħakem minn nirien u kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Sheremetyevo F’Moska. L-ajruplan kien qed iġorr 73 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ. Skont rapporti fil-midja Russa, fost il-mejtin hemm żewġt itfal u membru tal-ekwipaġġ.

Aqra aktar

Send this to a friend