L-għada tal-epifanija l-iskejjel se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom wara l-btajjel tal-Milied, sabiex l-istudenti jkomplu bit-tagħlim tagħhom fuq il-bank tal-iskola.Aqra aktar

L-għada tal-epifanija l-iskejjel se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom wara l-btajjel tal-Milied, sabiex l-istudenti jkomplu bit-tagħlim tagħhom fuq il-bank tal-iskola.Aqra aktar
It-Tlieta waranofsinhar, il-President ta’ Malta, George Vella, ħa l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19.Aqra aktar
L-Indja approvat formalment l-użu ta’ żewġ vaċċini kontra l-COVID-19.
L-awtorità regolatorja Indjana tal-mediċini approvat il-vaċċin żvillupat mix-xjentisti tal-Università ta’ Oxford flimkien mal-kumpanija AstraZeneca kif ukoll mal-kumpanija lokali Bharat Biotech.
Il-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence laqa’ l-isforz li qed jagħmlu 11-il senatur Repubblikan li staqrru li se jkunu qed jirrifjutaw milli jiċċertifikaw ir-rebħa li għamel Joe Biden fl-elezzjoni presidenzjali li saret f’Novembru li għadda. Is-Senat huwa mistenni li japprovaw lil Biden bħala l-46 president Amerikan f’vot nhar is-6 ta’ Jannar.
Il-grupp ta’ senaturi mmexxija minn Ted Crud qed jgħidu li jridu aktar żmien biex jivverifikaw allegazzjonijiet bla bażi dwar frodi fl-elezzjoni. Dawn l-istess allegazzjonijiet kien għamilhom il-President Amerikan Donald Trump.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li aktar miżuri, biex jitrażżnu l-infezzjonijiet tal-COVID-19, jistgħu jidħlu fis-seħħ f’xi partijiet fl-Ingilterra fil-ġimgħat li ġejjin.
Fost il-miżuri, hemm il-possibilità li l-iskejjel jinżammu magħluqa minkejja li din id-deċiżjoni tmur kontra dak li jixtieq il-gvern Ingliż. Iżda, Johnson qal li kellhom ikunu realistiċi dwar it-tixrid tal-varjant il-ġdid tal-virus.
L-Iżrael ta l-vaċċin kontra l-COVID-19 lil aktar minn miljun persuna.
Dan ifisser li tnax fil-mija tal-poplazzjoni Iżraeljana diġà ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin u għalhekk jagħmilha l-ogħla rata li ngħatat s’issa fid-dinja.
Dan jikkonfermah sit online li qed jieħu nota tal-ammonti ta’ vaċċin li qed jingħataw fil-pajjiżi madwar id-dinja b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Oxford.
L-Università ta’ Oxford flimkien mal-kumpanija AstraZeneca żviluppaw vaċċin kontra l-Coronavirus u li aktar kmieni din il-ġimgħa ġie approvat ukoll biex jibda jintuża fir-Renju Unit.
Mat-tokki tal-ħdax, fir-Renju Unit bdiet era ġdida bid-dħul fis-seħħ tal-ftehim li laħaq mal-Unjoni Ewropea, u formalment temm għalkollox il-proċess tal-ħruġ. Il-ftehim – li n-negozjati għalih ħadu xhur twal – intlaħaq ftit jiem qabel il-Milied.Aqra aktar
Il-bidu għal din is-sena kien ferm aktar mistenni mis-snin ta’ qabel, hekk kif it-tokki ta’ nofsilejl fissru għeluq ta’ sena li fiha ġabet magħha sfidi kbar globali.Aqra aktar
Is-sewwieq Ingliż u rebbieħa tal-Formula 1, Lewis Hamilton huwa fost il-persuni li fl-ewwel tas-sena r-Reġina Eliżabetta t-tieni se tkun qed taħtar bħala kavallieri.Aqra aktar
Il-Ftehim kummerċjali li ġie ffirmat l-Erbgħa filgħodu mill-kapijiet tal-Unjoni Ewropea, u aktar tard mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jidħol fis-seħħ mat-tokki ta’ nofsillejl, 11pm ħin Ingliż. Hekk kif fil-jum tal-Erbgħa l-Parlament Ingliż għadda l-ftehim b’maġġoranza ta’ 521 vot favur u b’73 membru parlamentari jivvotaw kontra, biex il-ftehim issa sar parti mil-liġi tar-Renju Unit.Aqra aktar
Send this to a friend